25.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 420/123


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2055

tat-23 ta’ Novembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/182 biex jiġi stabbilit it-tqassim skont l-Istat Membru tar-riżorsi ta’ REACT-EU għas-sena 2022

(notifikata bid-dokument C(2021) 8271)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 92b(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/182 (2) tistabbilixxi t-tqassim skont l-Istat Membru tar-riżorsi REACT-EU bħala approprjazzjonijiet mill-Fondi Strutturali għas-sena 2021 skont l-Artikolu 92b(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(2)

Skont l-Artikolu 92b(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/182 trid tiġi riveduta fl-2021 biex jiġi stabbilit it-tqassim tar-riżorsi ta’ REACT-UE għas-sena 2022 abbażi tad-data disponibbli sad-19 ta’ Ottubru 2021.

(3)

It-titolu tad-Deċiżjoni (UE) 2021/182 jenħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi referenzi għat-tqassim tal-2022.

(4)

L-Anness VIIa tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistabbilixxi l-kriterji u l-metodoloġija għall-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ REACT-EU.

(5)

Għal raġunijiet ta’ programmazzjoni mill-Istati Membri, jenħtieġ li t-tqassim speċifiku jingħata fi prezzijiet tal-2018 biex jiġu stabbiliti r-riżorsi effettivament disponibbli wara li jitnaqqas l-ammont għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u għall-appoġġ għan-nefqa amministrattiva. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, jenħtieġ li t-tqassim jiġi espress ukoll fi prezzijiet attwali.

(6)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/182 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/182 hija emendata kif ġej:

1.

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/182 li tistabbilixxi t-tqassim skont l-Istat Membru tar-riżorsi ta’ REACT-EU għas-snin 2021 u 2022”;

2.

l-Anness jingħata n-numru “Anness I”;

3.

l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, inkluż it-tqassim skont l-Istat Membru tar-riżorsi tar-REACT-UE għas-sena 2022, jiżdied bħala l-Anness II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Elisa FERREIRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/182 tat-12 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi t-tqassim skont l-Istat Membru tar-riżorsi ta’ REACT-EU għas-sena 2021 (notifikata bid-dokument C(2021) 843) (ĠU L 53, 16.2.2021, p. 103).


ANNESS

“ANNESS II

ALLOKAZZJONI TAR-RIŻORSI TA’ REACT-EU 2022

(f’EUR)

 

2022

prezzijiet tal-2018

2022

prezzijiet attwali

BE

65 678 817

71 092 864

BG

129 016 223

139 651 309

CZ

292 945 458

317 093 585

DK

30 237 404

32 729 938

DE

477 860 614

517 251 696

EE

27 410 709

29 670 233

IE

49 212 516

53 269 210

EL

256 696 718

277 856 782

ES

3 353 135 895

3 629 542 131

FR

783 463 169

848 045 730

HR

93 362 597

101 058 677

IT

2 849 397 546

3 084 279 540

CY

19 298 312

20 889 114

LV

18 833 529

20 386 018

LT

46 605 557

50 447 354

LU

3 602 204

3 899 141

HU

96 435 113

104 384 468

MT

10 312 226

11 162 285

NL

111 523 544

120 716 671

AT

55 005 031

59 539 214

PL

247 608 310

268 019 198

PT

503 146 935

544 622 423

RO

199 713 869

216 176 714

SI

14 474 977

15 668 180

SK

119 366 039

129 205 640

FI

33 851 812

36 642 291

SE

73 015 402

79 034 219

EU27

9 961 210 526

10 782 334 625