|
19.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 413/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2018
tal-15 ta’ Novembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Settembru 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Ireland (BĊE/2021/44) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Fl-2016, il-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għażel lil Mazars bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020. |
|
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland, Mazars, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2021 u 2022. |
|
(4) |
Il-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Mazars għas-snin finanzjarji 2021 u 2022. |
|
(5) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Mazars jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji mill-2021 sal-2022. |
|
(6) |
Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“5. Mazars huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2021 sa 2022.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PODGORŠEK
(1) ĠU C 403, 6.10.2021, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).