|
16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1990
tal-15 ta’ Novembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja. |
|
(2) |
Fil-21 u t-22 ta' Ottubru 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom iddikjara li mhu ser jaċċetta l-ebda tentattiv minn pajjiżi terzi biex jistrumentalizzaw lill-migranti għal finijiet politiċi, ikkundanna l-attakki ibridi kollha fil-fruntieri tal-UE u afferma li ser jirreaġixxi kif xieraq. Huwa ssottolinja li l-UE ser tkompli tiġġieled l-attakk ibridu li għaddej u li tnieda mir-reġim Belarussu, inkluż billi tadotta, b'mod urġenti, aktar miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet legali, skont l-approċċ gradwali tagħha. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li l-kriterji ta' deżinjazzjoni fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK jenħtieġ li jiġu emendati biex jippermettu l-applikazzjoni ta' miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jorganizzaw jew jikkontribwixxu għal attivitajiet mir-reġim ta' Lukashenka li jiffaċilitaw il-qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-Unjoni jew it-trasferiment ta' merkanzija projbita u t-trasferiment illegali ta' merkanzija soġġetta għal restrizzjonijiet, inkluż merkanzija perikoluża, fit-territorju ta' Stat Membru. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, tal-persuni elenkati fl-Anness li:
|
|
(2) |
L-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma l-proprjetà ta', huma miżmuma minn jew huma kkontrollati minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness li jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ffriżati:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).