16.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1988
tad-9 ta’ Novembru 2021
li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Guido WOLF sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Florian HASSLER, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Staatssekretär für politische Koordinierung und Europa im Staatsministerium Baden-Württemberg (Segretarju tal-Istat għall-Koordinazzjoni Politika u l-Ewropa fil-Ministeru tal-Istat ta’ Baden-Wurttemberg), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Florian HASSLER, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Staatssekretär für politische Koordinierung und Europa im Staatsministerium Baden-Württemberg (Segretarju tal-Istat għall-Koordinazzjoni Politika u l-Ewropa fil-Ministeru tal-Istat ta’ Baden-Wurttemberg), huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ŠIRCELJ
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).