|
10.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 396/61 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1941
tad-9 ta’ Novembru 2021
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-Fond, li jinkludi l-limitu massimu għall-2023, l-ammont annwali għall-2022, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2022 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2024 u 2025
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni kellha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ottubru 2021 li tispeċifika l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni għall-2023, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2022, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2022 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2024 u 2025. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) irid jibgħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti fl-istrumenti li jimmaniġġa. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877 is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti stabbiliti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti (“FEŻ”). Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-Kummissjoni u għall-BEI. |
|
(4) |
Skont l-Artikoli 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-egħluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew fl-ambitu tal-FEŻ preċedenti, ma għandux jerġa’ jintuża. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 (4) tistabbilixxi l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-FEŻ għall-2022 għal EUR 2 500 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI. |
|
(6) |
Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li jridu jitħallsu mill-partijiet għall-FEŻgħall-2023 huwa b’dan stabbilit għal EUR 2 100 000 000. Dan għandu jinqasam f’EUR 1 800 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.
Artikolu 2
L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li jridu jitħallsu mill-partijiet għall-FEŻ għall-2022 huwa b’dan stabbilit għal EUR 2 800 000 000. Dan għandu jinqasam f’EUR 2 500 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ għandhom jitħallsu mill-partijiet tal-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel pagament parzjali għall-2022, f’konformità mal-Anness.
Artikolu 4
Ammont ta’ EUR 43 000 000 minn fondi mhux impenjati jew diżimpenjati mill-proġetti tat-Tmien FEŻ u d-Disa’ FEŻ għandhom jiġu rifinanzjati permezz ta’ tnaqqis tal-pagament fil-konfront tal-ewwel pagament parzjali għall-2022 kif stipulat fl-Artikolu 3.
Artikolu 5
It-tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2024 huwa b’dan stabbilit għal EUR 1 500 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI, u għall-2025 għal EUR 900 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 9 000 000 għall-BEI.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ŠIRCELJ
(2) ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2022, l-ammont annwali għall-2021, l-ewwel pagament parzjali għall-2021 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti tal-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 13).
ANNESS
L-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-2022 (f’EUR)
|
STATI MEMBRI U R-RENJU UNIT |
Skema ta’ ridistribuzzjoni tal-11-il FEŻ f’% |
L-ewwel pagament parzjali tal-2022 (f’EUR) |
Totali |
|
|
BEI Il-11-il FEŻ |
Il-Kummissjoni Il-11-il FEŻ |
|||
|
IL-BELĠJU |
3,24927 |
3 249 270,00 |
35 741 970,00 |
38 991 240,00 |
|
IL-BULGARIJA |
0,21853 |
218 530,00 |
2 403 830,00 |
2 622 360,00 |
|
IĊ-ĊEKJA |
0,79745 |
797 450,00 |
8 771 950,00 |
9 569 400,00 |
|
ID-DANIMARKA |
1,98045 |
1 980 450,00 |
21 784 950,00 |
23 765 400,00 |
|
IL-ĠERMANJA |
20,57980 |
20 579 800,00 |
226 377 800,00 |
246 957 600,00 |
|
L-ESTONJA |
0,08635 |
86 350,00 |
949 850,00 |
1 036 200,00 |
|
L-IRLANDA |
0,94006 |
940 060,00 |
10 340 660,00 |
11 280 720,00 |
|
IL-GREĊJA |
1,50735 |
1 507 350,00 |
16 580 850,00 |
18 088 200,00 |
|
SPANJA |
7,93248 |
7 932 480,00 |
87 257 280,00 |
95 189 760,00 |
|
FRANZA |
17,81269 |
17 812 690,00 |
195 939 590,00 |
213 752 280,00 |
|
IL-KROAZJA |
0,22518 |
225 180,00 |
2 476 980,00 |
2 702 160,00 |
|
L-ITALJA |
12,53009 |
12 530 090,00 |
137 830 990,00 |
150 361 080,00 |
|
ĊIPRU |
0,11162 |
111 620,00 |
1 227 820,00 |
1 339 440,00 |
|
IL-LATVJA |
0,11612 |
116 120,00 |
1 277 320,00 |
1 393 440,00 |
|
IL-LITWANJA |
0,18077 |
180 770,00 |
1 988 470,00 |
2 169 240,00 |
|
IL-LUSSEMBURGU |
0,25509 |
255 090,00 |
2 805 990,00 |
3 061 080,00 |
|
L-UNGERIJA |
0,61456 |
614 560,00 |
6 760 160,00 |
7 374 720,00 |
|
MALTA |
0,03801 |
38 010,00 |
418 110,00 |
456 120,00 |
|
IN-NETHERLANDS |
4,77678 |
4 776 780,00 |
52 544 580,00 |
57 321 360,00 |
|
L-AWSTRIJA |
2,39757 |
2 397 570,00 |
26 373 270,00 |
28 770 840,00 |
|
IL-POLONJA |
2,00734 |
2 007 340,00 |
22 080 740,00 |
24 088 080,00 |
|
IL-PORTUGALL |
1,19679 |
1 196 790,00 |
13 164 690,00 |
14 361 480,00 |
|
IR-RUMANIJA |
0,71815 |
718 150,00 |
7 899 650,00 |
8 617 800,00 |
|
IS-SLOVENJA |
0,22452 |
224 520,00 |
2 469 720,00 |
2 694 240,00 |
|
IS-SLOVAKKJA |
0,37616 |
376 160,00 |
4 137 760,00 |
4 513 920,00 |
|
IL-FINLANDJA |
1,50909 |
1 509 090,00 |
16 599 990,00 |
18 109 080,00 |
|
L-IŻVEZJA |
2,93911 |
2 939 110,00 |
32 330 210,00 |
35 269 320,00 |
|
IR-RENJU UNIT |
14,67862 |
14 678 620,00 |
161 464 820,00 |
176 143 440,00 |
|
TOTAL TAL-UE-27 U R-RENJU UNIT |
100,00 |
100 000 000,00 |
1 100 000 000,00 |
1 200 000 000,00 |