29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 384/108


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1893

tat-28 ta’ Ottubru 2021

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1), li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova.

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova jenħtieġ li jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2022. Wara sitt xhur il-Kunsill ser jagħmel rieżami tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/573/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa b'dan sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2022. Għandha tiġi rieżaminata b'mod kostanti. Għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li ma ntlaħqux l-objettivi tagħha.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).