22.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 374/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1854
tat-18 ta’ Ottubru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan sakemm ikunu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (1) (il-‘Ftehim’) ġie ffirmat fl-24 ta’ Novembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2002. |
(2) |
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni adottata l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan bid- Deċiżjoni Nru 1/2016 (2) u estendihom bid-Deċiżjoni Nru 1/2018 tiegħu (3) sa tmiem l-2020. |
(3) |
Fi skambju ta’ ittri, iż-żewġ naħat qablu li jenħtieġ li tiġi estiża l-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE -Ġordan bħala dokument ta’ gwida biex tiġi kkonsolidata s-sħubija sakemm jiġu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda. |
(4) |
Skont l-Artikolu 91 tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu s-setgħa jieħu deċiżjonijiet għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim. |
(5) |
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta deċiżjoni permezz ta’ proċedura bil-miktub biex jestendi l-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija sakemm ikunu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. |
(6) |
Għalhekk ikun xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, billi d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ser ikollha effetti legali |
(7) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar l-estensjoni tal-validità tal-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan sakemm ikunu adottati Prijoritajiet tas-Sħubija aġġornati ġodda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan (4) .
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar qbil fuq il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Ġordan (ĠU L 355, 24.12.2016, p. 31).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tat-12 ta’ Diċembru 2018 li tapprova l-estensjoni b’sentejn tal-Prijoritajiet ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Ġordan (ĠU L 8, 10.1.2019, p. 34).
(4) Ara d-dokument ST 12261/21 fuq http://register.consilium.europa.eu.