|
20.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 372/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1837
tal-15 ta’ Ottubru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emenda tad-deċiżjoni li tistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu.
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 171(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Kumitat Konġunt stabbilixxa sa tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni stabbilit skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li l-lista tkun konformi mar-rekwiżiti fi kwalunkwe mument. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 171(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-lista ma għandhiex tinkludi persuni li jkunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-gvern ta’ xi Stat Membru, jew tal-gvern tar-Renju Unit. |
|
(4) |
Waħda mill-persuni fuq il-lista li ġew proposti mill-Unjoni nħatret bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u għalhekk ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti biex tkun arbitru skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
|
(5) |
Huwa għalhekk meħtieġ li dik il-persuna tiġi sostitwita minn kandidat mil-lista ta’ riżerva ta’ kandidati li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-Unjoni ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, kif jinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2232 (2). |
|
(6) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 164(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fir-rigward tal-emendar tad-deċiżjoni li tistabillixxi l-lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ hija mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. CIGLER KRALJ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2232 tat-22 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim u dwar lista ta’ riżerva ta’ persuni li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-Unjoni ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim (ĠU L 437, 28.12.2020, p. 182).
ANNESS
DEĊIŻJONI NRU […]/2021 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
ta’ …
li temenda d-Deċiżjoni Nru 7/2020 li tistabbilixxi lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ta’ bord ta’ arbitraġġ skont il-Ftehim
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 171(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 171(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), il-Kumitat Konġunt stabbilixxa, sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit skont dan il-Ftehim, lista ta’ 25 persuna li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri ordinarji ta’ bord ta’ arbitraġġ. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li l-lista tkun konformi mar-rekwiżiti fi kwalunkwe mument. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 171(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-lista ma għandhiex tinkludi persuni li jkunu membri, uffiċjali jew aġenti oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-gvern ta’ xi Stat Membru, jew tal-gvern tar-Renju Unit. |
|
(3) |
Waħda mill-persuni fuq il-lista li proposta mill-Unjoni nħatret bħala membru bħala istituzzjoni tal-Unjoni u għalhekk ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti biex tkun arbitru skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
|
(4) |
Għaldaqstant hemm bżonn li dik il-persuna fuq il-lista ta’ persuni stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 7/2020 tal-Kumitat Konġunt (2) tiġi sostitwita, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ 25 persuna lesti u kapaċi jservu bħala arbitri skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ kif stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 7/2020 tal-Kumitat Konġunt hija emendata kif ġej:
Is-Sinjura Tamara ĆAPETA hija sostitwita mis-Sur Ezio PERILLO.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …,
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti