20.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 372/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1834

tas-6 ta’ Ottubru 2021

li taħtar sitt membriu erba’ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta’ korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta,

(2)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fid-19 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/682 (3), li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni. Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/2076, li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (4),

(3)

Konsegwentement għar-riżenji tas-Sur Massimiliano FEDRIGA, tas-Sur Christian SOLINAS u tas-Sur Donato TOMA u tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sa Manuela BORA, is-Sur Enrico ROSSI u s-Sa Alessandra SARTORE, saru vakanti s-siġġijiet ta’ sitt membri fil-Kumitat tar-Reġjuni,

(4)

Konsegwentement għar-riżenji tas-Sur Vincenzo DE LUCA, tas-Sur Domenico GIANNETTA u tas-Sur Arno KOMPATSCHER u tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Pierluigi MARQUIS, saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

(5)

Il-Gvern Taljan ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Guido CASTELLI, Assessore della Regione Marche (Ministru Reġjonali tar-Reġjun ta’ Marche), is-Sur Michele EMILIANO, Presidente della Regione Puglia (President tar-Reġjun ta’ Puglia) u s-Sur Eugenio GIANI, Presidente della Regione Toscana (President tar-Reġjun ta’ Toscana),

(6)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Nicola CAPUTO, rappreżentant ta’ korp reġjonali jew lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Assessore della Regione Campania (Ministru Reġjonali tar-Reġjun ta’ Campania) bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

(7)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Luciano Emilio CAVERI, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Assessore e Consigliere della Regione autonoma Valle d’Aosta (Ministru Reġjonali u Kunsillier tar-Reġjun Awtonomu ta’ Valle d’Aosta) bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

(8)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Arno KOMPATSCHER, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Consigliere della Provincia autonoma di Bolzano – Presidente della Regione Trentino Alto-Adige e della Provincia autonoma di Bolzano (Kunsillier tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano – President tar-Reġjun ta’ Trentino Alto-Adige u tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sal-31 ta’ Ottubru 2023.

(9)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Christian SOLINAS, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Presidente della Regione Sardegna (President tar-Reġjun ta’ Sardegna), bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sat-28 ta’ Frar 2024,

(10)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sa Donatella TESEI, rappreżentanta ta’ korp reġjonali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Presidente della Regione Umbria (President tar-Reġjun ta’ Umbria), bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sal-31 ta’ Ottubru 2024,

(11)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Donato TOMA, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Presidente della Regione Molise (President tar-Reġjun ta’ Molise), bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sat-30 ta’ April 2023,

(12)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Nicola ZINGARETTI, rappreżentant ta’ korp reġjonali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali, Presidente della Regione Lazio (President tar-Reġjun ta’ Lazio), bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sal-31 ta’ Marzu 2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni:

(a)

bħala membri:

is-Sur Guido CASTELLI, Assessore della Regione Marche (Ministru Reġjonali tar-Reġjun ta’ Marche), għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

is-Sur Michele EMILIANO, Presidente della Regione Puglia (President tar-Reġjun ta’ Puglia), għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

is-Sur Eugenio GIANI, Presidente della Regione Toscana (President tar-Reġjun ta’ Toscana), għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

is-Sur Arno KOMPATSCHER, Consigliere della Provincia autonoma di Bolzano – Presidente della Regione Trentino Alto-Adige e della Provincia autonoma di Bolzano (Kunsillier tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano – President tar-Reġjun ta’ Trentino Alto-Adige u tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano) (bidla fil-mandat), sal-31 ta’ Ottubru 2023,

is-Sa Donatella TESEI, Presidente della Regione Umbria (President tar-Reġjun ta’ Umbria), sal-31 ta’ Ottubru 2024,

is-Sur Nicola ZINGARETTI, Presidente della Regione Lazio (President tar-Reġjun ta’ Lazio), sal-31 ta’ Marzu 2023,

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Nicola CAPUTO, Assessore della Regione Campania (Ministru Reġjonali tar-Reġjun ta’ Campania), għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

is-Sur Luciano Emilio CAVERI, Assessore e Consigliere della Regione autonoma Valle d’Aosta (Ministru Reġjonali u Kunsillier tar-Reġjun Awtonomu ta’ Valle d’Aosta), għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

is-Sur Christian SOLINAS, Presidente della Regione Sardegna (President tar-Reġjun ta’ Sardegna), sat-28 ta’ Frar 2024 (bidla fil-mandat),

is-Sur Donato TOMA, Presidente della Regione Molise (President tar-Reġjun ta’ Molise), sat-30 ta’ April 2023 (bidla fil-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/682 tad-19 ta’ Mejju 2020 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 161, 25.5.2020, p. 9).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2076 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 55).