19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 369/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1822

tal-15 ta’ Ottubru 2021

dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, li ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), abbażi ta’ lista mqassra ta’ kandidati kwalifikati mfassla mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni biex jaħtar il-President, wara konferma mill-Parlament Ewropew.

(2)

Fis-26 ta’ Novembru 2020, il-Kunsill irċieva l-lista mqassra ta’ tliet kandidati magħżula mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA għall-pożizzjoni ta’ President tal-ESMA.

(3)

Fil-11 ta’ Diċembru 2020, it-tliet kandidati ġew intervistati mill-Presidenza f’isem l-Istati Membri.

(4)

Fit-22 ta’ Settembru 2021, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti qabel dwar wieħed mill-kandidati fil-lista mqassra għall-pożizzjoni ta’ President tal-ESMA: is-Sa Verena ROSS.

(5)

Fid-29 ta’ Settembru 2021, il-Kunsill bagħat ittra lill-Parlament Ewropew li tiddikjara li, jekk il-Parlament Ewropew jikkonferma l-ħatra tas-Sa Verena ROSS għall-pożizzjoni ta’ President tal-ESMA, il-Kunsill jadotta deċiżjoni biex jaħtarha bħala l-President tal-ESMA.

(6)

Fil-5 ta’ Ottubru 2021, il-Parlament Ewropew ikkonferma lis-Sa Verena ROSS għall-pożizzjoni ta’ President tal-ESMA.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Verena ROSS hija b’dan maħtura President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għal perijodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Novembru 2021.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. CIGLER KRALJ


(1)  ĠU L 331 15.12.2010, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment, u r-Regolament (UE) 2015/847 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi. (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 1).