12.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 361/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1801

tal-11 ta’ Ottubru 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-pajpijiet industrijali metalliċi, għall-bolting tal-flanġijiet u l-ġonot tagħhom u għall-boilers tal-istim tal-azzar inossidabbli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Permezz tal-ittra M/071 tal-1 ta’ Awwissu 1994, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex ifassal, fir-rigward tal-apparat ta’ pressjoni, l-istandards relatati mal-prodotti u l-istandards ta’ natura orizzontali b’appoġġ għad-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/68/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE.

(3)

Abbażi tat-talba M/071 u biex ikun jirrifletti l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, is-CEN irreveda u emenda wħud mill-istandards armonizzati eżistenti. Speċifikament, is-CEN irreveda l-istandard armonizzat EN 1515-4:2009 li wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 1515-4:2021 dwar il-bolting tal-flanġijiet u l-ġonot tagħhom. Is-CEN irreveda wkoll l-istandard armonizzat EN 14222:2003 li wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN 14222:2021 dwar il-boilers tal-istim tal-azzar inossidabbli.

(4)

Barra minn hekk, is-CEN emenda l-istandard armonizzat EN 13480-3:2017 dwar il-pajpijiet industrijali metalliċi.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk dawk l-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif emendati jew riveduti mis-CEN humiex konformi mat-talba M/071.

(6)

L-istandards dwar l-apparat ta’ pressjoni kif emendati jew riveduti mis-CEN jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan ikopru u li jissemmew fl-Anness I tad-Direttiva 2014/68/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Ir-referenzi tal-verżjonijiet emendati jew riveduti tal-istandards EN 1515-4:2009, EN 14222:2003 u EN 13480-3:2017 iridu jiġu ppubblikati. Għalhekk jeħtieġ lir-referenzi tal-istandards EN 1515-4:2009 u EN 14222:2003 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4).

(8)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjonijiet emendati jew riveduti tal-istandards armonizzati għall-bolting tal-flanġijiet u l-ġonot tagħhom u għall-boilers tal-istim tal-azzar inossidabbli, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards.

(9)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 1515-4:2021 u EN 14222:2021 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(10)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE li ġew irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 1515-4:2009 u EN 14222:2003 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(11)

Ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 13480-3:2017 u r-referenzi tal-emendi tiegħu EN 13480- 3:2017/A2:2020 u EN 13480-3:2017/A3:2020 huma inklużi fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616. Saret emenda oħra għall-istandard EN 13480-3:2017. Huwa xieraq li tiġi sostitwita l-entrata rilevanti f’dak l-Anness, u tiżdied ir-referenza tal-emenda EN 13480-3:2017/A1:2021.

(12)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1616 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).

(3)  Id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1).

(4)  ĠU C 326, 14.9.2018, p. 94.

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1616 tas-27 ta’ Settembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta’ pressjoni abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 95).


ANNESS I

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata Nru 29 hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Referenza tal-istandard

“29.

EN 13480-3:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi - Parti 3: Disinn u kalkolu

EN 13480-3:2017/A2:2020

EN 13480-3:2017/A3:2020

EN 13480-3:2017/A1:2021”;

(2)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“40.

EN 1515-4:2021

Flanġijiet u l-ġonot tagħhom - Bolting - Parti 4: Għażla ta’ bolting għall-apparat soġġett għad-Direttiva dwar l-Apparat ta’ Pressjoni 2014/68/UE

41.

EN 14222:2021

Boilers tal-istim tal-azzar inossidabbli”.


ANNESS II

Fl-Anness II, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“38.

EN 1515-4:2009

Flanġijiet u l-ġonot tagħhom - Bolting - Parti 4: Għażla ta’ bolting għall-apparat soġġett għad-Direttiva dwar l-Apparat ta’ Pressjoni 97/23/KE

It-12 ta’ April 2023

39.

EN 14222:2003 Shell boilers tal-azzar inossidabbli

It-12 ta’ April 2023”.