12.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1800
tal-11 ta’ Ottubru 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 (1), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa. |
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 tapplika sal-15 ta’ Ottubru 2021. Fuq il-bażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stipulati fiha jiġu estiżi sal-15 ta’ Ottubru 2022. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta’ Ottubru 2022 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PODGORŠEK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (ĠU L 262, 15.10.2019, p. 58).