8.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 358/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1766

tas-7 ta’ Ottubru 2021

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur u toħloq tfixkil għall-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji u dawn imbagħad jistgħu jinxterdu fuq distanzi twal waqt il-passa tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għaldaqstant, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi li jżommu t-tjur jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra li jżommu t-tjur jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-HPAI.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u din tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tal-mard marbuta ma’ tifqigħat tal-HPAI.

(4)

B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1485 (4), wara tifqigħat tal-HPAI fi tjur jew għasafar tat-trobbija fil-Belġju, fi Franza u fil-Lussemburgu li kienu jeħtieġu li jiġu riflessi f’dak l-Anness.

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1485, iċ-Ċekja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N1 f’azjenda li żżomm it-tjur jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq fir-reġjun tal-Bohemia Ċentrali ta’ dak l-Istat Membru.

(7)

It-tifqigħa l-ġdida fiċ-Ċekja tinsab barra miż-żoni elenkati attwalment fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641, u l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ħadet il-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar din it-tifqigħa.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ħadet iċ-Ċekja b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti taċ-Ċekja jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa riċenti tal-HPAI.

(9)

Biex ikun evitat kull tfixkil għall-kummerċ bla bżonn fl-Unjoni u tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni maċ-Ċekja, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu elenkati żoni ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għaċ-Ċekja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni ħalli jitqiesu ż-żoni l-ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti miċ-Ċekja, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tiġi emendata skont dan.

(13)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-HPAI, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 permezz ta’ din id-Deċiżjoni, isiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 20.4.2021, p. 166).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1485 tal-15 ta’ Settembru 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 328, 16.9.2021, p. 4).


ANNESS

“ANNESS

PARTI A

Iż-żoni ta’ protezzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2:

Stat Membru: Iċ-Ċekja

Iż-żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Reġjun: Bohemia Ċentrali

Bratkovice (609595); Drahlín (631604); Dubno (633682); Hluboš (639681); Kardavec (639699); Lhota u Příbramě (681211); Občov (708526); Pičín (720551); Sádek (745839); Liha (759198); Trhové Dušníky (768146);

část katastrálního území Příbram (číslo KÚ 735426) – severní část katastrálního území Příbram po hranici silnice č. 18.

19.10.2021

Stat Membru: Franza

Iż-żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Il-komuni li ġejjin fid-département: ARDENNES (08)

BALLAY; VANDY; VOUZIERS

4.10.2021

Stat Membru: Il-Lussemburgu

Iż-żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Il-muniċipalità sħiħa ta’ Betzdorf.

Il-lokalitajiet li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Flaxweiler: Flaxweiler u Buchholz.

27.9.2021

PARTI B

Iż-żoni ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikoli 1 u 3:

Stat Membru: Iċ-Ċekja

Iż-żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Reġjun: Bohemia Ċentrali

Baština (990019); Běřín (603180); Běštín (603368); Bohutín (606685); Brod u Příbramě (612634); Březové Hory (735515); Buková u Příbramě (615811); Bytíz (633356); Čenkov u Příbramě (619451); Dlouhá Lhota u Dobříše (626392); Dominikální Paseky (609609); Drásov u Příbramě (632074); Dubenec u Příbramě (633364); Háje u Příbramě (636550); Hostomice pod Brdy (645885); Hrachoviště (990591); Jince (660281); Konětopy u Příbramě (669083); Kotenčice (671045); Kozičín (671576); Křešín (676101); Lazec (671584); Lešetice (680435); Milín (694975); Narysov (701629); Obecnice (708569); Obořiště (708682); Ohrazenice u Jinec (709310); Orlov (712272); Oseč (712698); Ostrov u Ouběnic (717037); Podlesí nad Litavkou (723886); Radětice (737585); Rejkovice (740047); Rosovice (741370); Stěžov (755486); Suchodol (759201); Tisová u Bohutína (606693); Višňová (782548); Vysoká Pec u Bohutína (606707); Zavržice (662704); Zdaboř (735566); Žežice (796689);

část katastrálního území Příbram (číslo KÚ 735426) – jižní část katastrálního území od hranice tvoření silnicí č. 18.

28.10.2021

Bratkovice (609595); Drahlín (631604); Dubno (633682); Hluboš (639681); Kardavec (639699); Lhota u Příbramě (681211); Občov (708526); Pičín (720551); Sádek (745839); Liha (759198); Trhové Dušníky (768146);

část katastrálního území Příbram (číslo KÚ 735426) – severní část katastrálního území Příbram po hranici silnice č. 18.

Mill-20.10.2021 sat-28.10.2021

Stat Membru: Il-Ġermanja

Iż-żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

RHEINLAND-PFALZ

Id-distrett ta' Trier-Saarburg

Gemarkungen Temmels, Wellen, Nittel (im Osten begrenzt durch die K 110), Köllig, Rehlingen, Wincheringen (im Osten begrenzt durch die K 110, in der Ortslage Trierer Straße, Warsberger Straße und Helfanter Straße) sowie Wehr (im Süden begrenzt durch die B 419).

6.10.2021

Stat Membru: Franza

Iż-żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Il-komuni li ġejjin fid-département: ARDENNES (08)

ATTIGNY

BELLEVILLE-ET-CHÂTILLON-SUR-BAR

BOULT-AUX-BOIS

BOURCQ

BRÉCY-BRIÈRES

CHARDENY

BAIRON ET SES ENVIRONS

CHUFFILLY-ROCHE

CONTREUVE

COULOMMES-ET-MARQUENY

LA CROIX-AUX-BOIS

FALAISE

GRIVY-LOISY

LAMETZ

LONGWÉ

MARS-SOUS-BOURCQ

MONTGON

MONT-SAINT-MARTIN

NEUVILLE-DAY

NOIRVAL

OLIZY-PRIMAT

QUATRE-CHAMPS

QUILLY

RILLY-SUR-AISNE

SAINT-LAMBERT-ET-MONT-DE-JEUX

SAINTE-MARIE

SAINT-MOREL

SAINTE-VAUBOURG

SAVIGNY-SUR-AISNE

SEMUY

SUGNY

SUZANNE

TANNAY

TOGES

TOURCELLES-CHAUMONT

VAUX-CHAMPAGNE

VONCQ

13.10.2021

BALLAY ; VANDY ; VOUZIERS

Mill-5.10.2021 sat-13.10.2021

Stat Membru: Il-Lussemburgu

Iż-żona li tinkludi:

Id-data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Il-munċipalitajiet ta’ Bech, Biwer, Grewenmacher, Junglinster, Lenningen, Manternach, Niederanven, Schuttrange u Wormeldange.

Il-muniċipalità ta’ Flaxweiler minbarra l-lokalitajiet koperti miż-żona ta’ protezzjoni (Flaxweiler u Buchholz).

6.10.2021

Il-muniċipalità sħiħa ta’ Betzdorf.

Il-lokalitajiet li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Flaxweiler: Flaxweiler u Buchholz.

Mit-28.9.2021 sas-6.10.2021