4.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 350/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/1748

tat-28 ta’ Settembru 2021

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/561 (EUNAVFOR MED IRINI/4/2021)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbilixxiet u varat operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI), taħt il-kmand tal-Viċi Ammirall Fabio AGOSTINI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

(2)

Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI.

(3)

Fit-30 ta’ Marzu 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/561 (2) li taħtar il-Viċi Ammirall Stefano FRUMENTO bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI.

(4)

Fl-1 ta’ Settembru 2021, l-awtoritajiet militari Elleniċi pproponew il-ħatra tal-Komodor Michail MAGKOS biex jieħu post il-Viċi Ammirall Stefano FRUMENTO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI mill-1 ta’ Ottubru 2021.

(5)

Fis-7 ta’ Settembru 2021, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni li saret mill-awtoritajiet militari Elleniċi.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Komodor Michail MAGKOS.

(7)

Jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/561.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Komodor Michail MAGKOS huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-1 ta’ Ottubru 2021.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/561 (EUNAVFOR MED IRINI/1/2021) hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2021.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/561 tat-30 ta’ Marzu 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/1/2021) (ĠU L 119, 7.4.2021, p. 1).