1.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1742

tat-23 ta’ Settembru 2021

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE (it-3 u r-4 Pakketti Ferrovjarji)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE.

(3)

L-atti li ġejjin dwar it-trasport bil-ferrovija għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE:

Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

Direttiva (UE) 2016/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/171 (5),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/429 (6),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/909 (7),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1100 (8),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/545 (9),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2177 (10),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1795 (11),

Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/2075 (12),

Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13),

Ir-Regolament (UE) 2016/2338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14),

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/554 (15),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 (16),

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/761 (17),

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 (18),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/6 (19),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/278 (20),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 (21),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/763 (22),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/764 (23),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/867 (24),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/868 (25),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/250 (26),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/772 (27),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 (28),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/774 (29),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/775 (30),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 (31),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/777 (32),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/778 (33),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 (34),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/387 (35),

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/424 (36),

Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37),

Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38),

Direttiva tal-Kummissjoni 2014/38/UE (39),

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 (40).

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (41).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/171 tal-4 ta’ Frar 2015 dwar ċerti aspetti tal-proċedura ta’ liċenzjar tal-impriżi ferrovjarji (ĠU L 29, 5.2.2015, p. 3).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/429 tat-13 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju (ĠU L 70, 14.3.2015, p. 36).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/909 tat-12 ta’ Ġunju 2015 dwar il-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju (ĠU L 148, 13.6.2015, p. 17).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1100 tas-7 ta’ Lulju 2015 dwar l-obbligi ta’ rapportar tal-Istati Membri fil-qafas tal-monitoraġġ tas-suq ferrovjarju (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/545 tas-7 ta’ April 2016 dwar proċeduri u kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ ftehimiet qafas għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 94, 8.4.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2177 tat-22 ta’ Novembru 2017 dwar l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji (ĠU L 307, 23.11.2017, p. 1).

(11)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1795 tal-20 ta’ Novembru 2018 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kriterji għall-applikazzjoni tat-test tal-bilanċ ekonomiku skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 21.11.2018, p. 5).

(12)  Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/2075 tal-4 ta’ Settembru 2017 li tissostitwixxi l-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 69).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2016/2338 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 22).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/554 tal-5 ta’ April 2019 li temenda l-Anness VI tad-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 97, 8.4.2019, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta’ Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438).

(17)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/761 tas-16 ta’ Frar 2018 li jistabbilixxi metodi komuni tas-sikurezza għas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza wara l-ħruġ ta’ ċertifikat tas-sikurezza uniku jew ta’ awtorizzazzjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 16).

(18)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi komuni ta’ sikurezza dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 26).

(19)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/6 tal-5 ta’ Jannar 2017 dwar il-pjan Ewropew ta’ mobilitazzjoni għas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ĠU L 3, 6.1.2017, p. 6).

(20)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/278 tat-23 ta’ Frar 2018 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 rigward l-istruttura tal-messaġġi, il-mudell tad-data u tal-messaġġi, u l-Bażi tad-Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali, u li jadotta standard tal-IT għas-saff ta’ komunikazzjoni tal-Interfaċċa Komuni (ĠU L 54, 24.2.2018, p. 11).

(21)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 tal-4 ta’ April 2018 li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 6.4.2018, p. 66).

(22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/763 tad-9 ta’ April 2018 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ sikurezza uniċi għall-impriżi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 49).

(23)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/764 tat-2 ta’ Mejju 2018 dwar it-tariffi u l-imposti li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tagħhom (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 68).

(24)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/867 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord(ijiet) tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ĠU L 149, 14.6.2018, p. 3).

(25)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/868 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1301/2014 u r-Regolament (UE) Nru 1302/2014 rigward id-dispożizzjonijiet dwar is-sistema tal-kejl tal-enerġija u s-sistema tal-ġbir tad-data (ĠU L 149, 14.6.2018, p. 16).

(26)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/250 tat-12 ta’ Frar 2019 dwar il-mudelli għad-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati “KE” għall-kostitwenti u s-subsistemi ta’ interoperabbiltà ferrovjarja, dwar il-mudell ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ tip awtorizzat ta’ vettura ferrovjarja u dwar il-proċeduri ta’ verifika “KE” għas-subsistemi f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2011 (ĠU L 42, 13.2.2019, p. 9).

(27)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/772 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1300/2014 fir-rigward tal-inventarju tal-assi bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ostakli għall-aċċessibbiltà, jingħata tagħrif lill-utenti u jiġi monitorjat u evalwat il-progress fil-qasam tal-aċċessibbiltà (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 1).

(28)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/757/UE (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 5).

(29)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/774 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2014 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“vetturi ferrovjarji — storbju” għall-vaguni tal-merkanzija eżistenti (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 89).

(30)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/775 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 fir-rigward tal-Ġestjoni tal-Kontroll tat-Tibdil (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 103).

(31)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1299/2014, (UE) Nru 1301/2014, (UE) Nru 1302/2014, (UE) Nru 1303/2014 u (UE) 2016/919 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE fir-rigward tal-allinjament mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi stipulati fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).

(32)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/777 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/880/UE (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 312).

(33)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/778 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 fir-rigward tal-Ġestjoni tal-Kontroll tat-Tibdil (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 356).

(34)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 360).

(35)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/387 tad-9 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1302/2014 u (UE) 2016/919 fir-rigward tal-estensjoni taż-żona tal-użu u l-fażijiet tat-tranżizzjoni (ĠU L 73, 10.3.2020, p. 6).

(36)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/424 tad-19 ta’ Marzu 2020 dwar il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tan-nonapplikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ interoperabbiltà skont id-Direttiva (UE) 2016/797 (ĠU L 84, 20.3.2020, p. 20).

(37)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(38)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).

(39)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/38/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill safejn huwa kkonċernat it-tniġġis akustiku (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 20).

(40)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 tal-25 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE, (ĠU L 268, 26.10.2018, p. 53).

(41)  Ara d-dokumenti ST 11745/21 u ST 11746/21 fuq http://register.consilium.europa.eu