22.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1695

tal-21 ta’ Settembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet li jwasslu għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2020 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta’ Armi Nukleari (TNP)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ April 2019 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 (1).

(2)

Fid-29 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/906 (2), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2019/615.

(3)

Fit-8 ta’ April 2021 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/579 (3), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2019/615.

(4)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 30 xahar, li jibda fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha, għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha (“il-perijodu ta’ implimentazzjoni”).

(5)

L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA) talab estensjoni addizzjonali tal-perijodu ta’ implimentazzjoni sal-15 ta’ Jannar 2022 minħabba l-kriżi dinjija tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq l-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/615.

(6)

L-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 jistgħu jitkomplew sal-15 ta’ Jannar 2022 mingħajr ebda konsegwenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/615, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-15 ta’ Jannar 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/615 tal-15 ta’ April 2019 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet li jwasslu għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2020 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta’ Armi Nukleari (TNP) (ĠU L 105, 16.4.2019, p. 25).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/906 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet li jwasslu għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2020 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta’ Armi Nukleari (TNP) (ĠU L 207, 30.6.2020, p. 36).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/579 tat-8 ta’ April 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/615 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet li jwasslu għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2020 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni ta’ Armi Nukleari (TNP) (ĠU L 123, 9.4.2021, p. 21).