|
27.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1404
tat-28 ta’ Ġunju 2021
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika tat-Tuneżija dwar Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fil-11 ta’ Diċembru 2017. |
|
(2) |
L-iffirmar tal-Ftehim f’isem l-Unjoni ma jaffettwax il-qasma tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma tiġix interpretata bħala li tagħmel użu mill-possibbiltà li l-Unjoni teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward ta’ oqsma koperti mill-Ftehim li jaqgħu taħt il-kompetenza kondiviża fejn tali kompetenza tkun għadha ma ġietx eżerċitata internament mill-Unjoni. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa sabiex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
M. do C. ANTUNES
(1) It-test tal-Ftehim jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.