9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1307

tas-6 ta’ Awwissu 2021

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2021) 5979)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur u toħloq tfixkil għall-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji u dawn imbagħad jistgħu jinxterdu fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għaldaqstant, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-HPAI.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 (3) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u din tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tal-mard marbuta ma’ tifqigħat tal-HPAI.

(4)

B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1186 (4), wara tifqigħa ulterjuri tal-HPAI fit-tjur jew l-għasafar tat-trobbija fi Franza li kien jeħtieġ tiġi riflessa f’dak l-Anness.

(6)

Kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/239 (5), Franza nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjendi fejn kienu jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija fid-département ta’ Pyrénées-Atlantiques ta’ dak l-Istat Membru. Fost dawk it-tjur jew għasafar miżmuma fil-magħluq kien hemm papri ta’ speċi ta’ razza rari fi stabbiliment partikolari. Għaldaqstant, għall-fini tal-konservazzjoni ta’ dawk il-papri ta’ speċi ta’ razza rari, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ddeċidiet li tipposponi l-qtil tal-għasafar f’dak l-istabbiliment, f’konformità mad-deroga prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 13(3) tiegħu. Konsegwentement, jenħtieġ li d-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għal dik it-tifqigħa fid-département tal-Pyrénées-Atlantiques tiġi estiża f’konformità mal-Artikoli 39 u 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għal Franza fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tiġi emendata.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tiġi emendata skont dan.

(8)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 permezz ta’ din id-Deċiżjoni, isiru effettivi kemm jista’ jkun malajr.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 20.4.2021, p. 166)

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1186 tas-16 ta’ Lulju 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 257, 19.7.2021, p. 5)

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/239 tas-16 ta’ Frar 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1809 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 56I, 17.2.2021, p. 1)


ANNESS

“ANNESS

PARTI A

Iż-żoni ta’ protezzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2:

Stat Membru: Franza

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Il-komuni li ġejjin fid-dipartiment: Pyrénées-Atlantiques (64)

BIDACHE; CAME

26.8.2021

PARTI B

Iż-żoni ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikoli 1 u 3:

Stat Membru: Id-Danimarka

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Il-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Sønderborg u ta’ Åbenrå, lil hinn miż-żona deskritta fiż-żona ta’ protezzjoni u fiċ-ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS Lat. 54,862138; Lonġ. 9,654193

8.8.2021

Il-partijiet tal-muniċipalità ta’ Sønderborg li jinsabu f’ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq il-koordinati tal-GPS Lat. 54,862138; Lonġ. 9,654193

Mill-31.7.2021 sat-8.8.2021

Stat Membru: Il-Ġermanja

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

SCHLESWIG-HOLSTEIN

Landkreis Schleswig-Flensburg

Amt Langballig komplett mit den Gemeinden

Dollerup

Grundhof

Langballig

Munkbrarup

Ringsberg

Wees

Westerholz

Stadt Glücksburg

Teile des Amtes Hürup mit den betroffenen Gemeinden

Maasbüll

Husby

Teile des Amtes Geltinger Bucht mit den betroffenen Gemeinden

Steinbergkirche

Steinberg

8.8.2021

Stat Membru: Franza

Iż-żona tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

Il-komuni li ġejjin fid-département: Landes (40)

Cauneille

Hastingues

Oeyregave

Orthevielle

Peyrehorade

Sorde-l'Abbaye

4.9.2021

Il-komuni li ġejjin fid-département: Loiret (45)

BEAULIEU-SUR-LOIRE

BONNY-SUR-LOIRE

BRETEAU

BRIARE

CHAMPOULET

CHÂTILLON-SUR-LOIRE

FAVERELLES

OUSSON-SUR-LOIRE

OUZOUER-SUR-TRÉZÉE

THOU

BATILLY-EN-PUISAYE

DAMMARIE-EN-PUISAYE

8.8.2021

Il-komuni li ġejjin fid-département: Nievre (58)

ANNAY ; ARQUIAN ; NEUVY-SUR-LOIRE

8.8.2021

Il-komuni li ġejjin fid-département: Pyrénées-Atlantiques (64)

BIDACHE ; CAME

Minn 27.8.2021 Sa 4.9.2021

ARANCOU ; ARRAUTE-CHARRITTE ; AUTERRIVE ; BARDOS ; BERGOUEY-VIELLENAVE ; CARRESSE-CASSABER ; ESCOS ; GUICHE ; LABASTIDE-VILLEFRANCHE ; LABETS-BISCAY ; LEREN ; MASPARRAUTE ; OREGUE ; SAINT-DOS ; SAINT-PE-DE-LEREN ; SAMES

4.9.2021

Il-komuni li ġejjin fid-département: Yonne (89)

BLÉNEAU

LAVAU

ROGNY-LES-SEPT-ÉCLUSES

SAINT-MARTIN-DES-CHAMPS

SAINT-PRIVÉ

8.8.2021