|
6.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1305
tal-5 ta’ Awwissu 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea. |
|
(2) |
L-informazzjoni dwar ħames persuni elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK jenħtieġ li tiġi aġġornata. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3 u 4”, l-entrati 1 sa 5 huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
|
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
“1. |
Kaptan Moussa Dadis CAMARA |
Data tat-twelid: 1.1.1964 jew 29.12.1968 Numru tal-passaport: R0001318 Sess: raġel Indirizz: Ouagadougou (Burkina Faso) Funzjoni jew professjoni: Eks militar u kap tal-ġunta militari tas-CNDD (Conseil National pour la Democratie et le Developpement) |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
|
2. |
Kurunell Moussa Tiégboro CAMARA Psewdonimu: Moussa Thiegboro CAMARA |
Data tat-twelid: 1.1.1968 Numru tal-passaport: 7190 Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: Segretarju Ġenerali, Presidenza tar-Repubblika tal-Guinea |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
|
3. |
Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY |
Data tat-twelid: 26.2.1957 Numru tal-passaport: 13683 Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: tabib militari |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
|
4. |
Kaptan Aboubacar Chérif (psewdonimu Toumba) DIAKITÉ |
Sess: raġel Indirizz: Conakry (Ir-Repubblika tal-Guinea) Funzjoni jew professjoni: eks militari. Informazzjoni oħra: f’detenzjoni |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea |
|
5. |
Kurunell Jean-Claude PIVI (psewdonimu Coplan) |
Data tat-twelid: 1.1.1960 Sess: raġel Funzjoni jew professjoni: Ministru inkarigat mis-Sigurtà Presidenzjali |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta bħala responsabbli mill-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Guinea” |