5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1298

tat-30 ta’ Lulju 2021

li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), li ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġie propost is-Sur Juan José MARTÍNEZ LOZANO għall-ħatra.

(4)

Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Adrián Ariel ZITTELLI FERRARI, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Director General de Unión Europea de la Región de Murcia - Asamblea Regional de Murcia (Direttur-Ġenerali għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun ta’ Murcia – Assemblea Reġjonali ta’ Murcia), bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Adrián Ariel ZITTELLI FERRARI, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta — Director General de Unión Europea de la Región de Murcia - Asamblea Regional de Murcia (Direttur-Ġenerali għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun ta’ Murcia — Assemblea Reġjonali ta’ Murcia), huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).