16.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/92


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1168

tas-27 ta’ April 2021

li tistabbilixxi l-lista ta’ stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti bħala parti mill-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (1), u b’mod partikulari l-ewwel u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika meħtieġa għall-ġestjoni tas-sajd.

(2)

Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2017/1004, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu tad-data fis-settur tas-sajd.

(3)

Il-pjan pluriennali tal-UE huwa meħtieġ biex l-Istati Membri jispeċifikaw u jippjanaw l-attivitajiet tal-ġbir tad-data tagħhom fil-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali tagħhom. Huwa jistabbilixxi lista ddettaljata ta’ rekwiżiti tad-data għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali u soċjoekonomika, jelenka stħarriġ obbligatorju fuq il-baħar u jistabbilixxi limiti għall-ġbir tad-data. Il-pjan pluriennali tal-UE għall-2020 sal-2021 ġie adottat permezz tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/910 (3) u tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/909 (4). Iż-żewġ deċiżjonijiet jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2021.

(4)

Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-lista ta’ stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti li inqas minnhom l-Istati Membri mhumiex obbligati jiġbru d-data mill-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura tagħhom jew iwettqu stħarriġ fuq il-baħar, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004 mill-1 ta’ Jannar 2022. Tistabbilixxi wkoll l-oqsma tar-reġjuni tal-baħar għal skopijiet ta’ ġbir tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 9(11) ta’ dak ir-Regolament (UE) 2017/1004.

(5)

Il-Kummissjoni kkonsultat il-gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali rilevanti u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2017/1004.

(6)

Din id-deċiżjoni għandha tinqara’ b’mod konġunt mad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 (5) li tħassar id-Deċiżjoni Delegata (UE) 2019/910 u li tistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika min-naħa tal-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1004, mill-1 ta’ Jannar 2022.

(7)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/909 titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ stħarriġ obbligatorju tar-riċerka fuq il-baħar, id-definizzjonijiet ta’ żoni ġeografiċi applikabbli għall-ġbir tad-data tas-sajd tal-Unjoni, u limiti li inqas minnhom l-Istati Membri mhumiex obbligati jiġbru d-data mill-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura tagħhom jew iwettqu stħarriġ fuq il-baħar mill-2022 huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Il-lista ta’ stħarriġ u limiti jiffurmaw parti mill-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u għall-ġestjoni tad-data fis-settur tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1004.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/909 titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(3)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/910 tat-13 ta’ Marzu 2019 li tistabbilixxi l-programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 145, 4.6.2019, p. 27).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/909 tat-18 ta’ Frar 2019 li tistabbilixxi l-lista ta’ stħarriġiet obbligatorji tar-riċerka u l-limiti għall-għanijiet tal-programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 145, 4.6.2019, p. 21).

(5)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 tas-27 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022 (Ara l-paġna 51 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

KAPITOLU I

Stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar

1.

Għandu jsir tal-inqas l-istħarriġ tar-riċerka fuq il-baħar imniżżel fit-tabella 1 ta’ hawn taħt, sakemm rieżami xjentifiku tal-istħarriġ ma jikkonkludix li xi stħarriġ wieħed minnhom jew aktar ma jkunx għadu xieraq biex tingħata informazzjoni utli għall-valutazzjoni tal-istokkijiet u għall-ġestjoni tas-sajd. Abbażi tal-istess kriterji ta’ rieżami, jista’ jiżdied stħarriġ ġdid ma’ din it-tabella.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istħarriġ tar-riċerka fuq il-baħar li jrid isir fil-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 (1), u għandhom ikunu responsabbli għal dan l-istħarriġ.

Il-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali tal-Istati Membri, jew il-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali fejn applikabbli, għandhom jiżguraw kontinwità ma’ forom ta’ stħarriġ preċedenti.

2.

L-Istati Membri mhumiex obbligati jieħdu sehem (fiżikament jew finanzjarjament) fi stħarriġ tar-riċerka fuq il-baħar marbut ma’ speċi-waħda fil-każijiet li ġejjin:

(a)

is-sehem tagħhom ta’ qabda totali permissibbli (TAC) tal-Unjoni għall-ispeċijiet fil-mira ewlenin (kif elenkati fit-tabella) ikun inqas minn 3 % sakemm ma jintlaħaqx qbil dwar limitu massimu ta’ 5 % fil-livell tar-reġjun tal-baħar; jew

(b)

fejn ma tiġi ffissata l-ebda TAC, is-sehem tagħhom tal-ħatt l-art totali rilevanti tal-Unjoni jkun inqas minn 3 % fit-3 snin preċedenti sakemm ma jkunx hemm qbil dwar limitu massimu ta’ 5 % fil-livell tar-reġjun tal-baħar.

3.

Għall-istħarriġ dwar diversi speċijiet u dwar l-ekosistemi, il-limiti jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell tar-reġjun tal-baħar.

4.

L-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-istħarriġiet tar-riċerka internazzjonali għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fl-istess reġjun tal-baħar.

Tabella 1

Stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar

Isem l-istħarriġ

Akronimu

Żona jew żoni

Speċijiet ewlenin fil-mira

Governanza tal-grupp ta’ koordinazzjoni reġjonali

Il-Baħar Baltiku (żoni ICES 3aS, 3b-d)

Stħarriġ Internazzjonali dwar it-Tkarkir fil-Baltiku

BITS_Q1

3aS, 3b-d

BLL COD DAB FLE HER PLE TUR

Il-grupp ta’ koordinazzjoni reġjonali tal-Baltiku

Stħarriġ Internazzjonali dwar it-Tkarkir fil-Baltiku

BITS_Q4

3aS, 3b-d

BLL COD DAB FLE HER PLE TUR

Stħarriġ Akustiku Internazzjonali fil-Baltiku (tal-Ħarifa)

BIAS

3a, 3b-d

HER SPR

Stħarriġ Akustiku għall-Aringi fil-Golf ta’ Riga

GRAHS

3d

HER

Stħarriġ Akustiku tal-Laċċa Kaħla

SPRAS

3d

SPR

Stħarriġ dwar il-Larva tal-Aringi f’Rügen

RHLS_DEU

3d

HER

Stħarriġ dwar il-frieħ tal-merluzz f’Fehmarn

FEJUCS

3c SD22

COD

Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Lvant tal-Artiku (iż-żoni 1, 2, 3a, 4 u 7d tal-ICES)

Stħarriġ dwar il-bakkaljaw fil-Kattegat

CODS_Q4

3a

COD

Il-grupp ta’ koordinazzjoni reġjonali tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Lvant tal-Artiku

Stħarriġ Internazzjonali dwar it-Tkarkir tal-Qiegħ

IBTS_Q1

3a, 4

COD FLE GUG HAD HER NOP PLE RJC RJM RJN RJR SPR SYC TUR WHG WIT

Stħarriġ Internazzjonali dwar it-Tkarkir tal-Qiegħ

IBTS_Q3

3a, 4

COD HAD HER NOP PLE POK RJC RJH RJM RJN RJR SPR SYC TUR WHG WIT

 

Stħarriġ dwar it-Tkarkir bit-Travu fil-Baħar tat-Tramuntana

BTS

4b, 4c, 7d

DAB PLE RJC RJE RJM SDV SOL SYC SYT TUR

 

Stħarriġ dwar il-Ħut Demersali ta’ Età Żgħira

DYFS

Il-kosti tal-Baħar tat-Tramuntana (NS)

SOL

 

Stħarriġ dwar ix-Xbieki tal-Lingwata

SNS_NLD

4b, 4c

SOL TUR

 

Stħarriġ dwar iċ-Ċiċċirell fil-Baħar tat-Tramuntana

NSSS

4a, 4b

SAN

 

Stħarriġ Internazzjonali dwar l-Ekosistemi fl-Ibħra tat-Tramuntana

LAA

2a

HER

 

Stħarriġ dwar il-bajd tal-kavalli (triennali)

NSMEGS

4

MAC

 

Stħarriġ dwar il-Larva tal-Aringi

IHLS

4, 7d

HER

 

Stħarriġ Akustiku dwar l-Aringi tan-NS

NHAS

3a, 4, 6a

HER SPR

 

Stħarriġ tal-UWTV dwar in-Nephrops

UWTV3-4, UWTV6, UWTV7, UWTV8, UWTV9

3a, 4a, 4b

NEP

 

It-Tramuntana tal-Atlantiku (iż-żoni 5 sa 14 tal-ICES u ż-żoni tan-NAFO)

Stħarriġ Internazzjonali Akustiku u dwar it-Tkarkir għar-Redfish (triennali)

REDTAS

5a, 12, 14; NAFO SA 1-3

REB

Il-grupp ta’ koordinazzjoni reġjonali tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Lvant tal-Artiku

Stħarriġ dwar il-ħut tal-qiegħ tal-Kap Fjamming

FCGS

3M

AME COD GRE NOR RED ROU SHO

Stħarriġ dwar il-ħut tal-qiegħ ta’ Greenland

GGS

14, iż-żona SA1 tan-NAFO

COD RED REG

Stħarriġ dwar il-ħut tal-qiegħ taż-żona 3LNO

PLATUXA_ESP

NAFO 3LNO

AME COD GRE NOR RED ROU THO WHI WIT YEL

IBTS tal-Punent tar-raba’ kwart (inkluż l-istħarriġ dwar il-porkuspini)

IBTS_Q4

6a, 7, 8, 9a

OCT MON ANK ANF BOC BSS COD CTL DGS GAG GFB HAD HER HKE HOM LDB MAC MEG LEZ LDB NEP PLE RJC RJM RJN RNG SDV SHO SQZ SYC WHG

Il-grupp ta’ koordinazzjoni reġjonali tat-Tramuntana tal-Atlantiku

IBTS tal-Punent tal-ewwel kwart

IBTS_Q1

6a, 7a

OCT COD CTL HAD HER HOM LEZ MAC NEP PLE RJC RJM RJN SDV SHO SYC WHG

ISBCBTS Settembru

ISBCBTS

7afg

PLE RJC RJE RJH RJM SDV SOL SYC

Stħarriġ dwar it-Tkarkir bit-Travu fil-Fliegu tal-Punent

SWECOS_GBE

7efgh

RJB RJC RJE RJH RJM SDV SOL SYC

Stħarriġ dwar l-istokkafixx

IBWSS

6, 7

WHB

Stħarriġ Internazzjonali dwar il-Bajd tal-Kavalli u tas-Sawrell (triennali)

MEGS

6, 7, 8, 9a

HOM MAC

Stħarriġ Akustiku dwar is-Sardin, l-Inċova, is-Sawrell

SAHMAS

8, 9

ANE BOC HOM PIL

DEPM tas-Sardin (triennali)

SDEPM

8c, 9a

HOM PIL

Stħarriġ akustiku dwar l-aringi/l-imniefaħ waqt il-perjodu tar-riproduzzjoni u qabel-

WESPAS_IRL

6a, 7a-g

BOC HER

Bijomassa tal-Inċova

BIOMAN

8

ANE PIL

Stħarriġ dwar l-iskampu bil-UWTV

UWTV11-13, UWTV14, UWTV15, UWTV16-17, UWTV19, UWTV20-22, UWTV30

6a, 7a, 7b, 7ghj, 9a

NEP LDB GFB SHO

Nephrops Survey Offshore Portugal (FU 28-29)

NepS

9a

NEP

Stħarriġ akustiku dwar l-aringi fil-Baħar Ċeltiku

CSHAS_IRL

6a, 7gj

HER

Stħarriġ akustiku dwar is-sardin u l-inċova

ECOCADIZ_ESP

9a

ANE

Stħarriġ dwar l-erja koperta mit-tkarkir għall-kavalli

IESSNS

2, 3aN, 4, 5, 14

MAC HER WHB

Stħarriġ akustiku dwar il-frieħ tal-inċova fil-Golf tal-Biskalja

JUVENA_ESP

8a-d

ANE

Stħarriġ dwar ir-riżorsi tal-qiegħ tal-Golf tal-Biskalja

ORHAGO_Q4_FRA

8ab

SOL

Stħarriġ dwar il-konzijiet tal-fond

PALPRO_ESP

8c

GFB

Stħarriġ tal-Irlanda dwar il-petriċi u l-megrims

IAMS_IRL

6a, 7

MON ANK ANF

MEG LEZ LDB

Anglerfish and Megrim Survey (stħarriġ-tal-industrija u tax-xjenza)

SIAMISS_GBS

4a, 4b, 6a, 6b

ANF LEZ

Stħarriġ dwar l-ispeċijiet pelaġiċi fil-Baħar Ċeltiku u fil-Fliegu tal-Punent

PELTIC

7de

PIL ANE SPR

Stħarriġ akustiku dwar l-aringi

ISAS

7a

HER

Il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed

Stħarriġ Akustiku Pan-Mediterran

MEDIAS

Is-subżoni ġeografiċi 1, 6, 7, 9, 10, 15, 16, 17, 18, 20 u 22

ANE PIL

Il-grupp ta’ koordinazzjoni reġjonali tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed

Stħarriġ dwar it-tkarkir tal-qiegħ fil-Baħar l-Iswed

BTSBS

GSA 29

DGS TUR WHG

Stħarriġ dwar it-tkarkir pelaġiku fil-Baħar l-Iswed

PTSBS

GSA 29

SPR

Stħarriġ internazzjonali dwar it-tkarkir tal-qiegħ fil-Mediterran

MEDITS

Is-subżoni ġeografiċi 1, 2, 3, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 22, 23 u 25

Skont il-lista tal-ispeċijiet fil-mira mogħtija fil-manwal relevanti tal-MEDITS

Beam Trawl Survey (GSA 17)

SOLEMON

GSA 17

CTC MTS SOL

Stħarriġ dwar il-Larva tat-Tonn

TUNIBAL

Is-subżoni ġeografiċi 5 u 6 (il-Baħar Baleariku)

ALB BFT

Il-grupp ta’ koordinazzjoni reġjonali għall-ispeċijiet pelaġiċi l-kbar

KAPITOLU II

Limiti għall-ġbir tad-data

1.

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi l-limiti għall-ġbir tad-data dwar is-sajd tal-Unjoni speċifikata fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 (2).

2.

L-Istati Membri mhumiex obbligati jiġbru d-data bijoloġika għal ċerti stokkijiet meta tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta s-sehem tagħhom mit-TAC rilevanti (individwali jew ikkombinata) jkun ta’ inqas minn 10 % mit-total tal-Unjoni, sakemm l-għadd totali tal-ishma tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunx jaqbeż il-25 % tat-TAC; jew

(b)

meta l-ebda TAC ma tkun ġiet iffissata, il-ħatt totali ta’ Stat Membru minn stokk ikun inqas minn 10 % tal-ħatt totali medju tal-Unjoni Ewropea fit-tliet snin ta’ qabel; jew

(c)

il-qabdiet annwali totali ta’ Stat Membru minn stokk ikunu inqas minn 200 tunnellata. Għal speċijiet bi ħtieġa ta’ ġestjoni speċifika, jista’ jiġi ddefinit livell limitu iżjed baxx fil-livell tar-reġjun marittimu.

Meta jintlaħaq il-limitu kollettiv ta’ 25 % msemmi fil-punt (a), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqsmu bejniethom il-kompiti marbutin mal-ġbir tad-data bijoloġika fil-livell tar-reġjun tal-baħar biex jiżguraw li l-istokkijiet rilevanti jkunu koperti mit-teħid tal-kampjuni f’konformità mal-ħtiġijiet tal-utenti aħħarin.

3.

Għal speċijiet li jaqgħu taħt organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd għat-tonn (RFMOs), għandhom japplikaw il-livelli limitu kif stabbiliti fir-rekwiżiti tal-RFMO.

4.

Ma għandu japplika l-ebda limitu:

(a)

għall-ispeċijiet li jpassu bejn l-ilma mielaħ u l-ilma ħelu; kif ukoll

(b)

speċijiet sensittivi kif iddefinit fl-Artikolu 6(8) tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

5.

Ma għandu japplika ebda limitu biex jinkisbu stimi tal-qabdiet minn qabdiet rikreattivi. Il-limiti fuq il-ġbir ta’ data bijoloġika minn qabdiet rikreattivi għandhom jiġu miftiehma u kkoordinati fil-livell tar-reġjun tal-baħar u għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-utent aħħari.

6.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali speċifiċi fil-kuntest tal-RFMO, mhuwiex obbligatorju li tinġabar data bijoloġika meta s-sehem tal-Unjoni minn stokk mistad fuq livell internazzjonali jkun ta’ inqas minn 10 %.

7.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġbir ta’ data soċjali, ekonomika u ambjentali dwar l-akkwakultura:

(a)

l-Istati Membri mhumiex obbligati jiġbru t-tali data jekk il-produzzjoni totali tal-akkwakultura tagħhom tkun ta’ inqas minn 1 % mill-produzzjoni totali tal-akkwakultura tal-Unjoni kemm skont il-piż u kemm skont il-valur;

(b)

mhuwiex obbligatorju għall-Istati Membri li jiġbru tali data għall-ispeċijiet li jammontaw għal inqas minn 5 % tal-produzzjoni tal-akkwakultura tal-Istat Membru kemm skont il-piż kif ukoll skont il-valur; kif ukoll

(c)

meta l-produzzjoni totali tal-akkwakultura ta’ Stat Membru tkun ta’ bejn 1 % u 2,5 % tal-produzzjoni totali tal-akkwakultura tal-Unjoni kemm skont il-piż u kemm skont il-valur, dak l-Istat Membru jista’ juża metodoloġiji ssimplifikati biex jagħmel stima tat-tali data.

Il-limiti msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-aħħar pubblikazzjoni tal-Eurostat tad-data tal-Istat Membru rilevanti.

Mingħajr preġudizzju għall-punti (a), (b) u (c), kull sena l-Istati Membri għandhom jiġbru data dwar il-valur u l-piż tal-produzzjoni tal-akkwakultura tagħhom.

KAPITOLU III

Stratifikazzjoni ġeografika skont ir-Reġjun

Għall-finijiet tal-ġbir tad-data dwar is-sajd tal-Unjoni speċifikata fl-Anness tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2021/1167, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni ġeografiċi tar-reġjuni tal-baħar elenkati fit-tabella 2 hawn taħt.

Tabella 2

Stratifikazzjoni ġeografika skont ir-Reġjun

Oqsma li jenħtieġ li jkunu koperti għall-finijiet tad-DCF

Reġjun

Suprareġjun  (4)

Il-Baħar Baltiku (żona tal-FAO 27)

Żoni tal-ICES 3b-d

Il-Baħar Baltiku

Il-Baħar Baltiku; Il-Baħar tat-Tramuntana; Il-Lvant tal-Artiku; In-NAFO; l-ilmijiet estiżi tal-Majjistral (żoni tal-ICES 5, 6 u 7) u l-ilmijiet estiżi tal-Lbiċ (żoni tal-ICES 10, 12 u 14)

l-Artiku tal-Lvant, il-Baħar Norveġiż, il-Baħar ta’ Baħar ta’ Barents, Skagerrak u Kattegat, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Fliegu tal-Lvant,

L-Atlantiku tal-Grigal u l-Fliegu tal-Punent (żona tal-FAO 27)

Iż-żoni 1, 2, 3a, 4 u 7d tal-ICES

Il-Baħar tat-Tramuntana u l-Lvant tal-Artiku

Iż-żoni tal-ICES 5, 6, 7 (eskluż 7d), 8, 9, 10, 12 u 14

L-Atlantiku tal-Grigal

L-Atlantiku tal-Majjistral (iż-żona tal-FAO 21)

Iż-żona tal-Konvenzjoni tan-NAFO

Reġjuni oħra fejn is-sajd huwa operat barra l-ilmijiet tal-UE minn bastimenti Komunitarji u huma taħt obbligi ta’ rappurtar lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) jew korpi reġjonali tas-sajd li l-Komunità hija parti kontraenti għalihom jew osservatur tagħhom.

L-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (iż-żona 34 tal-FAO)

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CECAF

Reġjuni oħra

L-Atlantiku Ċentrali tal-Punent (iż-żona tal-FAO 31)

Iż-żona tal-Konvenzjoni WECAFC (*1)

L-Atlantiku tax-Xlokk (iż-żona tal-FAO 47)

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tas-SEAFO

In-Nofsinhar tal-Paċifiku (żoni 81 u 87 tal-FAO)

iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

L-Oċean Atlantiku u l-ibħra ta’ madwaru (FAO 21, 27, 31, 37, 41, 47, 34, 48)

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT

L-Oċean Indjan (żoni tal-FAO 51 u 57)

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC

L-Oċean Indjan (żoni tal-FAO 51 u 57)

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tas-SIOFA

L-Oċean Indjan (żoni tal-FAO 51 u 57)

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCSBT

Il-Paċifiku Ċentrali tal-Punent (iż-żona tal-FAO 71)

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC

In-Nofsinhar tal-Paċifiku (iż-żoni 77 u 87 tal-FAO)

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IATTC

L-Oċean Indjan tan-Nofsinhar u tal-Antarktiku (iż-żoni tal-FAO 48, 58 u 88)

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCAMLR

Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi tal-UE

L-ilmijiet tal-UE madwar Mayotte u l-Gżejjer La Réunion

Ir-reġjuni ultraperiferiċi

L-ilmijiet tal-UE madwar il-Guyana Franċiża, Martinique, il-Gżejjer Guadeloupe

L-ilmijiet tal-UE madwar l-Azores (FAO 27.10.a.2)

Il-Baħar Baltiku; Il-Baħar tat-Tramuntana; Il-Lvant tal-Artiku; In-NAFO; l-ilmijiet estiżi tal-Majjistral (żoni tal-ICES 5, 6 u 7) u l-ilmijiet estiżi tal-Lbiċ (żoni tal-ICES 10, 12 u 14)

L-ilmijiet tal-UE madwar Madeira u l-Gżejjer Kanarji (FAO 34.1.2)

Il-baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (iż-żona 37 tal-FAO)

GFCM GSA 1-29

Il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed

Il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1167 tas-27 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-programm pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura mill-2022 (ĠU L 253, …, p. 51).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).

(4)  Kull bastiment li mhux involut f’sajd fuq distanzi twal għandu jiġi allokat għal reġjun żejjed abbażi tal-għadd ta’ jiem fuq il-baħar (aktar minn 50 %) li jqattgħu fis-suprareġjun.

(*1)  esklużi l-ilmijiet tal-UE