9.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/1128

tal-1 ta’ Lulju 2021

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2021)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-13 ta’ Ottubru 2020 il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1541 (2), li ħatret is-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS mill-15 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

(3)

Fit-28 ta’ Ġunju 2021 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1066 (3), li testendi EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(4)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2021.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1541 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2020) (ĠU L 353, 23.10.2020, p. 8).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1066 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 229, 29.6.2021, p. 13).