24.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 224/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1031
tal-24 ta’ Ġunju 2021
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1), dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja. |
(2) |
Fl-24 u l-25 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna bil-qawwa l-inżul furzat ta’ titjira tar-Ryanair f’Minsk, il-Belarussja, fit-23 ta’ Mejju 2021 fejn ġiet ipperikolata s-sikurezza tal-avjazzjoni, u d-detenzjoni mill-awtoritajiet Belarussi tal-ġurnalist Raman Pratasevich u ta’ Sofia Sapega. Appella lill-Kunsill biex jadotta sanzjonijiet ekonomiċi mmirati ulterjuri. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità ta’ dak l-inċident, u minħabba l-eskalazzjoni tal-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja, u r-repressjoni vjolenti tas-soċjetà ċivili, l-oppożizzjoni demokratika u l-ġurnalisti kif ukoll ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoritajiet nazzjonali, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri ekonomiċi mmirati addizzjonali. |
(4) |
F’dan il-kuntest, huwa xieraq li jiġu introdotti restrizzjonijiet ulterjuri marbuta mal-kummerċ tal-armi. |
(5) |
Huwa xieraq ukoll li jkun hemm projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir, teknoloġija jew software maħsubin primarjament biex jintużaw fil-monitoraġġ jew l-interċezzjoni mill-awtoritajiet tal-Belarussja, jew f’isimhom, tal-internet u ta’ komunikazzjonijiet bit-telefon fuq networks mobbli jew fissi. |
(6) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi pprojbit il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju għall-użu militari u lil persuni, entitajiet jew korpi speċifikati fil-Belarussja. |
(7) |
Huwa xieraq ukoll li jiġu introdotti aktar restrizzjonijiet kummerċjali li jikkonċernaw prodotti petrolifiċi, klorur tal-potassju (“potassa”) u oġġetti għall-produzzjoni jew il-manifattura ta’ prodotti tat-tabakk. |
(8) |
Barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-swieq kapitali tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu imposti fir-rigward tal-Gvern tal-Belarussja, kif ukoll tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet finanzjarji tal-Istat tal-Belarussja. Jenħtieġ li tiġi introdotta wkoll projbizzjoni fuq l-għoti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern tal-Belarussja u lill-korpi u l-aġenziji pubbliċi tal-Belarussja. |
(9) |
Ċerti projbizzjonijiet jenħtieġ li jiġu imposti fuq il-Bank Ewropew tal-Investiment fir-rigward ta’ proġetti fis-settur pubbliku. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jkunu meħtieġa jieħdu azzjonijiet sabiex jillimitaw l-involviment fil-Belarussja ta’ banek multilaterali tal-iżvilupp li tagħhom ikunu membri. |
(10) |
Tinħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni biex ċerti miżuri jiġu implimentati. |
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafi 3, 4 u 5 huma mħassra; |
(2) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 2b 1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni b’mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja, jew għall-użu fil-Belarussja, ta’ tagħmir, teknoloġija jew software maħsubin primarjament għal użu ta’ monitoraġġ jew interċettazzjoni mill-awtoritajiet tal-Belarussja, jew f’isimhom, tal-internet u ta’ komunikazzjonijiet bit-telefon fuq networks mobbli jew fissi, inkluż l-għoti ta’ kwalunkwe tip ta’ servizz ta’ monitoraġġ jew interċettazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet, kif ukoll l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja u teknika għall-installazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta’ tali tagħmir, teknoloġija jew software, minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri għandhom jiġu pprojbiti. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software, inkluż l-għoti ta’ kwalunkwe tip ta’ servizz ta’ monitoraġġ jew interċettazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet, kif ukoll l-għoti relatat ta’ għajnuna finanzjarja u teknika, imsemmija fil-paragrafu 1 jekk huma jkollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software ma jintużawx għar-repressjoni mill-Gvern, korpi, korporazzjonijiet jew aġenziji pubbliċi tal-Belarussja, jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità li joperaw f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni. 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom jiġu koperti b’dan l-Artiklu. Artikolu 2c 1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew indirett, tal-oġġetti u t-teknoloġija kollha b’użu doppju elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (2), għall-użu militari fil-Belarussja jew għal kwalunkwe utent finali militari fil-Belarussja minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom għandhom ikunu pprojbiti, irrispettivament minn jekk dawn l-oġġetti u t-teknoloġija joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le. 2. Għandu jkun ipprojbit:
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel il-25 ta’ Ġunju 2021 jew kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta’ tali kuntratti. Artikolu 2d 1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew indirett, ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju kif elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Belarussja kif elenkat fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorju tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom għandhom ikunu pprojbiti, irrispettivament minn jekk dawn l-oġġetti u t-teknoloġija joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le. 2. Għandu jkun ipprojbit:
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel il-25 ta’ Ġunju 2021 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti, u għall-għoti ta’ assistenza meħtieġa għall-manutenzjoni u s-sikurezza ta’ kapaċitajiet eżistenti fi ħdan l-Unjoni. 4. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjonijiet, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju jew l-għoti relatat ta’ assistenza teknika jew finanzjarja, għall-manutenzjoni u s-sikurezza tal-kapaċitajiet nukleari ċivili eżistenti, għall-użu mhux militari jew għal utent finali mhux militari. Artikolu 2e 1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew indirett lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Belarussja jew għall-użu fil-Belarussja ta’ oġġetti użati fil-produzzjoni jew il-manifattura ta’ prodotti tat-tabakk, minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom għandhom ikunu pprojbiti, irrispettivament minn jekk dawn l-oġġetti u t-teknoloġija joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le. 2. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b’dan l-Artikolu. 3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel il-25 ta’ Ġunju 2021 jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. Artikolu 2f 1. Ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment mill-Belarussja ta’ prodotti petrolifiċi għandhom ikunu pprojbiti. 2. Għandu jkun ipprojbit l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija, finanzjament jew ta’ assistenza finanzjarja, inkluż derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b’dan l-Artikolu. 4. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal xiri fil-Belarussja ta’ prodotti petrolifiċi li huma meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet essenzjali tax-xerrej fil-Belarussja jew ta’ proġetti umanitarji fil-Belarussja. 5. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel il-25 ta’ Ġunju 2021 jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. Artikolu 2g 1. Ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment mill-Belarussja ta’ prodotti tal-klorur tal-potassju (“potassa”) għandhom ikunu pprojbiti. 2. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b’dan l-Artikolu. 3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel il-25 ta’ Ġunju 2021 jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti. Artikolu 2h Għandu jkun ipprojbit li, b’mod dirett jew indirett, jinxtraw, jinbiegħu, jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment jew għajnuna għall-ħruġ ta’, jew inkella li jsir negozju ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq monetarji b’maturità itwal minn 90 jum, maħruġa wara d-29 ta’ Ġunju 2021 minn:
Artikolu 2i 1. Għandu jkun ipprojbit it-twettiq jew l-appartenenza b’mod dirett jew indirett fi kwalunkwe arranġament biex jitwettaq self jew kreditu ġdid b’maturità li teċċedi 90 jum, wara d-29 ta’ Ġunju 2021, lil:
2. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal self jew krediti li għandhom objettiv speċifiku u dokumentat li jipprovdu finanzjament għal importazzjonijiet jew esportazzjonijiet mhux projbiti ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji bejn l-Unjoni u kwalunkwe Stat terz, inkluż in-nefqa għal oġġetti u servizzi minn Stat terz ieħor li hija neċessarja għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta’ esportazzjoni jew importazzjoni. 3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ wkoll tagħti, taħt dawk it-termini li tqis xierqa, awtorizzazzjoni biex tagħmel jew tkun parti miċ-self jew krediti msemmija fil-paragrafu 1 jekk l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li:
Meta jiġu applikati l-kondizzjonijiet taħt il-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti għandha teħtieġ informazzjoni adegwata fir-rigward tal-użu tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni dwar l-għan tal-attivitajiet ikkonċernati u l-kontropartijiet tagħhom. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu fi żmien ġimagħtejn mil-awtorizzazzjoni. 4. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandiex tapplika għal prelevamenti jew żborżi magħmulin skont kuntratt konkluż qabel il-25 ta’ Ġunju 2021 kemm-il darba jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 2j Għandu jkun ipprojbit il-provvediment ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni lil:
Artikolu 2k Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet li għandhom bħala għan jew bħala effett, b’mod dirett jew indirett, li jevitaw il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2c, 2d, 2e, 2f, 2g, 2h, 2i u 2j. Artikolu 2l Minbarra l-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2i, għandu jkun ipprojbit dan li ġej:
Artikolu 2m L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni neċessarja biex jillimitaw l-involviment fil-Belarussja ta’ banek multilaterali tal-iżvilupp li tagħhom huma membri, b’mod partikolari l-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, inkluż billi jivvutaw kontra self ġdid jew forom oħra ta’ finanzjament lill-entitajiet msemmija fl-Artikolu 2i, ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafi (2) u (3) tiegħu, u mingħajr ma jiġu effettwati proġetti li jiffinanzjaw appoġġ lis-settur provat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.”; |
(3) |
l-Anness huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
ANNESS
1.
L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK ingħata l-isem il-ġdid Anness I;
2.
l-Annessi li ġejjin huma miżjuda:“ANNESS II
LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2d
ANNESS III
LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2h U 2i
Belarusbank
Belinvestbank (Belarusian Bank for Development and Reconstruction)
Belagroprombank