22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1003

tat-18 ta’ Ġunju 2021

li jagħti derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197

(notifikata bid-dokument C(2021) 4237)

(It-testi bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bin-Netherlandiż, bil-Portugiż, bis-Slovakk u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti ġuridiċi fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2019/2152, il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, Ċipru, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovakkja u l-Finlandja ressqu talba debitament motivata għal derogi fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni(UE) Nru 2020/1197 (2).

(2)

Mill-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni jidher li t-talbiet għal derogi ta’ dawn l-Istati Membri huma ġġustifikati mill-ħtieġa ta’ adattamenti kbar fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom sabiex jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2019/2152 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1197.

(3)

Jenħtieġ li d-derogi mitluba jingħataw lill-Belġju, lid-Danimarka, lill-Estonja, lill-Irlanda, lil Spanja, lill-Italja, lil Ċipru, lin-Netherlands, lill-Awstrija, lill-Portugall, lis-Slovakkja u lill-Finlandja.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi mir-Regolament (UE) 2019/2152 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197, kif stabbiliti fl-Anness, jingħataw lill-Istati Membri elenkati fihom.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika Slovakka u lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Paolo GENTILONI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 271, 18.8. 2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).


ANNESS

Derogi mir-Regolament (UE) 2019/2152

L-IRLANDA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness II – Perjodiċità, perjodu ta’ referenza u unità tal-istatistika tat-temi

Dominju 1: Statistika tan-negozju fuq żmien qasir

Tema: Outputs u Prestazzjoni

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Kompilazzjoni tal-varjabbli “Indikatur għal outputs u prestazzjoni”“140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsima F tan-NACE dwar il-perjodiċità trimestrali minflok dwar perjodiċità ta’ kull xahar.

Derogi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197

IL-BELĠJU

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga għad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data dwar il-fatturat nett trimestrali, għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023, trid tkompli tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 (1).

ID-DANIMARKA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għad-Diviżjoni tan-NACE N82.

Anness I, Parti B, Tabella 6

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-produzzjoni (volum)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data għall-varjabbli “140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsima F tan-NACE tkun T+2M.

L-ESTONJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sena 1 (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2021)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għat-Taqsima L tan-NACE, id-Diviżjonijiet L68 u N82.

Anness I, Parti B, Tabella 10

Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiżi dwar l-attivitajiet tal-intrapriżi

Sentejn (2) (2021 u 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data għall-varjabbli li ġejjin:

 

“220103. Numru ta’ impjegati f’unitajiet ekwivalenti full-time”;

 

“220201. Sigħat maħduma mill-impjegati”;

 

“240101. Total tax-xirjiet ta’ oġġetti u ta’ servizzi”;

 

“250101. Fatturat nett”;

 

“250301. Valur tal-output”;

 

“250401. Valur miżjud”; u

 

“250501. Surplus operatorju gross”

għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima K tan-NACE, id-Diviżjoni K66, il-Gruppi K64.2, K64.3, K64.9, Klassijiet K64.20, K64.30.

Anness I, Parti B, Tabella 11

Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiżi dwar l-attivitajiet tal-intrapriżi disaggregati skont il-klassijiet tad-daqs jew disaggregati skont il-forma ġuridika

Sentejn (2) (2021 u 2022)

Għall-varjabbli “250101. Fatturat nett” u “250401. Valur miżjud”, ma trid tiġi sottomessa l-ebda data disaggregata skont il-klassijiet tad-daqs għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: Id-Diviżjoni K66, il-Gruppi K64.2, K64.3, K64.9.

Anness I, Parti B, Tabella 14

Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiżi dwar l-intrapriżi skont il-pajjiż tal-kontroll aħħari

Sentejn (2) (2021 u 2022)

Data disaggregata skont il-kontroll aħħari tal-unità ta’ residenza għall-varjabbli:

 

“240101. Total tax-xirjiet ta’ oġġetti u ta’ servizzi”;

 

“240102. Xirjiet ta’ oġġetti u ta’ servizzi għall-bejgħ mill-ġdid”;

 

“240301. Xirjiet totali ta’ oġġetti u ta’ servizzi ta’ intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż”;

 

“240302. Xirjiet ta’ oġġetti u ta’ servizzi għall-bejgħ mill-ġdid ta’ intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż”;

 

“250101. Fatturat nett”;

 

“250301. Valur tal-output”;

 

“250401. Valur miżjud”;

 

“250601. Fatturat nett ta’ intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż

 

“250701. Valur tal-output ta’ intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż”; u

 

“250801. Valur miżjud ta’ intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż

għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima K tan-NACE u l-aggregati speċjali li jinkludu t-Taqsima K tan-NACE ma jridux jinkludu d-Diviżjoni K66 u l-Gruppi K64.2, K64.3, K64.9.

Anness I, Parti B, Tabella 21

Statistika tan-negozju fil-livell tal-pajjiżi dwar ix-xirjiet mill-intrapriżi

Sentejn (2) (2021 u 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data għall-varjabbli “240103. Spejjeż għal servizzi pprovduti permezz ta’ ħaddiema ta’ aġenzija” għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima K tan-NACE, id-Diviżjonijiet K64, K65, K66, il-Gruppi K64.1, K64.2, K64.3, K64.9, K65.1, K65.2, K65.3 u l-Klassijiet K64.11, K64.19, K65.11, K65.12, K65.20 u K65.30.

Anness I, Parti B, Tabella 33

Statistika dwar attivitajiet internazzjonali - kontroll minn unitajiet istituzzjonali tal-pajjiż rapportatur dwar intrapriżi barra mill-pajjiż

tliet (3) snin (2021, 2022 u 2023)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data għall-varjabbli li ġejjin:

 

“410101. Numru ta’ intrapriżi barra mill-pajjiż fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati minn unitajiet istituzzjonali tal-pajjiż rapportatur”;

 

“420101. Numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom f’intrapriżi barra mill-pajjiż fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati minn unitajiet istituzzjonali tal-pajjiż rapportatur”; u

 

“440101. Fatturat nett ta’ intrapriżi barra mill-pajjiż fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati minn unitajiet istituzzjonali tal-pajjiż rapportatur”

għad-disaggregazzjoni ġeografika: Livell GEO 2 u l-livell GEO 3 għal “Numru ta’ intrapriżi barra mill-pajjiż fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati minn unitajiet istituzzjonali tal-pajjiż rapportatur”.

L-IRLANDA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 1

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-popolazzjoni tan-negozju

Sena 1 (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2021)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “110102. Fallimenti”.

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għad-diviżjonijiet tan-NACE J59 u M74.

SPANJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet G45, G46 u l-Gruppi G451, G452, G453, G454, G461, G462, G463, G464, G465, G466, G467, G469, G471, G474, G475, G476, G477, G478 u G479.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għal G47 tan-NACE, id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 trid tintbagħat f’konformità mad-disaggregazzjoni tal-attività stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1165/98.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett” li għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjoni li ġej: Il-gruppi G451, G452, G453, G454, G471, G474, G475, G476, G477, G478 u G479 tan-NACE.

Matul il-perjodu tad-deroga:

għad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tkompli tintbagħat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98; u

għad-Diviżjoni G47 tan-NACE, id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 trid tintbagħat skont id-disaggregazzjoni tal-attività stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1165/98.

L-ITALJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għad-Diviżjonijiet J58, L68, M74, N79, N82 ta’ NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għad-diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tibqa’ tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

ĊIPRU

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 1

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-popolazzjoni tan-negozju

tliet (3) snin (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023)

L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data għall-varjabbli “110101. Reġistrazzjonijiet” u “110102. Fallimenti” tkun T+120 jum bl-eċċezzjoni li ġejja: għall-varjabbli “110102. Fallimenti”, l-aggregat speċjali “Industrija, kostruzzjoni u servizzi (minbarra amministrazzjoni pubblika, difiża, sigurtà soċjali obbligatorja, attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ sħubija, attivitajiet ta’ unitajiet domestiċi bħala impjegaturi u organizzazzjonijiet u korpi extraterritorjali)” l-iskadenza għat-trażmissjoni trid tkun T+40.

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għat-Taqsima L tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għall-aggregat tat-Taqsimiet H+I+J+L+M tan-NACE (minbarra. M701, M72 u M75) + N, u t-Taqsimiet u d-Diviżjonijiet H, I, J, M tan-NACE (minbarra. M701, M72 u M75) u N, biex jirreferu biss għal indikaturi minn Negozju għal negozju (B2B) minflok minn Negozju għal Kulħadd (B2All).

Anness I, Parti B, Tabella 6

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-produzzjoni (volum)

Sentejn (2) (Jannar 2021 sa Diċembru 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsimiet u Diviżjonijiet H, I, J, L, M (minbarra M701, M72, M75) u N tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 6

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-produzzjoni (volum)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data għall-varjabbli “140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsimiet B, C, D tan-NACE (minbarra. D353) tkun T+1M+25 jum.

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, u d-Diviżjonijiet G45 u G46.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, u d-Diviżjonijiet G45 u G46.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tibqa’ tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

Sentejn (2) (Jannar 2021 sa Diċembru 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” għat-Taqsimiet u Diviżjonijiet H, I, J, M (minbarra M701, M72 u M75) u N tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għat-Taqsimiet u d-Diviżjonijiet H, I, J, M (minbarra M701, M72 u M75) u N tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022 trid tibqa’ tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

Sentejn (2) (Jannar 2021 sa Diċembru 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” għat-Taqsima L tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 38

Statistika dwar attivitajiet internazzjonali – Provvista Internazzjonali ta’ Servizzi skont il-Modalità tal-Provvista – data annwali

L-ewwel tliet (3) snin ta’ applikazzjoni, għal kull wieħed mid-disaggregazzjonijiet 1, 2 u 3 tat-Tabella 38.

L-ewwel sena tal-applikazzjoni għad-disaggregazzjoni 1: Y+sentejn (2), fejn Y hija s-sena tal-pubblikazzjoni tal-ewwel edizzjoni tal-Gwida għall-Kumpilaturi dwar l-MoS imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197.

L-ewwel sena tal-applikazzjoni għad-disaggregazzjoni 2: Z+sentejn (2), fejn Z hija s-sena tal-pubblikazzjoni tat-tieni edizzjoni tal-Gwida għall-Kumpilaturi dwar l-MoS imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197.

L-ewwel sena tal-applikazzjoni għad-disaggregazzjoni 3: Z+erba’ (4) snin, fejn Z hija s-sena tal-pubblikazzjoni tat-tieni edizzjoni tal-Gwida għall-Kumpilaturi dwar l-MoS imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197.

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data għall-varjabbli “460101. Importazzjonijiet u akkwist ta’ servizzi” u “460201. Esportazzjonijiet u provvista ta’ servizzi” għad-disaggregazzjonijiet: 1. “Provvista internazzjonali ta’ servizzi skont il-modalità ta’ provvista u disaggregazzjoni ġeografika”; 2. “Provvista internazzjonali ta’ servizzi skont il-modalità ta’ provvista, it-tip ta’ prodott u disaggregazzjoni ġeografika”; u 3. “Provvista internazzjonali ta’ servizzi skont il-modalità ta’ provvista, disaggregazzjoni dettaljata tat-tip ta’ prodott u disaggregazzjoni ġeografika” kif definit fit-Tabella 38 tal-Anness I, il-Parti B tar-Regolament (UE) 2020/1197, għall-ewwel tliet snin ta’ referenza tal-applikazzjoni.

IN-NETHERLANDS

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 5

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-prezzijiet tal-produtturi

Sentejn (2) (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data trimestrali għall-varjabbli “130201. Prezzijiet tal-produtturi” għall-aggregat tat-Taqsimiet H+I+J+L+M (minbarra M701, M72 u M75) + N tan-NACE u d-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima L tan-NACE u d-Diviżjonijiet I55, I56, M69, M70, N77 u N81 tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 6

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-produzzjoni (volum)

Sentejn (2) (Jannar 2021 sa Diċembru 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsimiet H, I, J, L, M (minbarra M701, M72, M75) u N tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” għal Jannar 2021 sa Diċembru 2022 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2023 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” għal Jannar 2021 sa Diċembru 2022 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2023 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tibqa’ tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

Sentejn (2) (Jannar 2021 sa Diċembru 2022)

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data ta’ kull xahar għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” għat-Taqsimiet H, I, J, L, M (minbarra M701, M72, M75) u N tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għad-Diviżjonijiet tan-NACE fit-Taqsima H (H49, H50, H51, H52, H53), it-Taqsima I, id-Diviżjonijiet tat-Taqsima J (J58, J59, J60, J61, J62, J63), id-Diviżjonijiet tat-Taqsima M (M71, M73, M74), is-somma ta’ (M69 u M702) (M69_M702), id-Diviżjonijiet tat-Taqsima N (N78, N79, N80, N812, N82), id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2022 tkompli tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

L-AWSTRIJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 3

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar is-sigħat maħduma u l-pagi u s-salarji

tliet (3) snin (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023)

Id-data aġġustata skont il-kalendarju trid tiġi sottomessa sal-15 ta’ Lulju 2024 għall-varjabbli “120201. Sigħat maħduma mill-impjegati” u “120301. Pagi u salarji” għat-Taqsimiet G, H sa M (minbarra K, M701, M72 u M75) u N tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 6

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-produzzjoni (volum)

Sena 1 (Jannar 2021 sa Diċembru 2021)

L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data għall-varjabbli “140101. Produzzjoni (volum)” għat-Taqsimiet B, C, D tan-NACE (minbarra. D353) tkun T+1M+25 jum.

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ”, għad-Diviżjonijiet G45 u G47 tan-NACE u għad-disaggregazzjonijiet addizzjonali fil-livell tal-Grupp (3 ċifri) li għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Marzu 2024.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)”, għad-Diviżjonijiet G45 u G47 tan-NACE u għad-disaggregazzjonijiet addizzjonali fil-livell tal-Grupp (3 ċifri), li għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Marzu 2024.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għad-diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE, id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tibqa’ tintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1165/98.

IL-PORTUGALL

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 2

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar l-impjiegi

tliet (3) snin (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023)

Id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tiġi sottomessa sal-15 ta’ Ġunju 2024 għall-varjabbli “120101. Numru ta’ impjegati u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom” għad-disaggregazzjoni tat-Taqsima G. tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 3

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar is-sigħat maħduma u l-pagi u s-salarji

tliet (3) snin (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023)

Id-data trimestrali għall-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023 trid tiġi sottomessa sal-15 ta’ Lulju 2024 għall-varjabbli “120201. Sigħat maħduma mill-impjegati” għad-disaggregazzjoni tat-Taqsima G tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 3

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar is-sigħat maħduma u l-pagi u s-salarji

tliet (3) snin (l-ewwel trimestru tal-2021 sar-raba’ trimestru tal-2023)

Id-data aġġustata skont il-kalendarju trid tiġi sottomessa sal-15 ta’ Lulju 2024 għall-varjabbli “120301. Pagi u salarji” għat-Taqsimiet G, H sa M (minbarra K, M701, M72 u M75) u N tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: It-Taqsima G tan-NACE, id-Diviżjonijiet u l-Gruppi tad-Diviżjonijiet G45 u G46 tan-NACE.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data aġġustata skont il-kalendarju trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għall-varjabbli li ġejjin:

 

“140301. Fatturat nett (valur)”;

 

“140302. Fatturat domestiku nett (valur)”;

 

“140303. Fatturat mhux domestiku nett (valur)”;

 

“140304. Fatturat mhux domestiku nett (valur) (żona tal-euro) (mhux obbligatorju għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro)”; u

 

“140305. Fatturat mhux domestiku nett (valur) (mhux fiż-żona tal-euro) (mhux obbligatorju għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro)”

għat-Taqsimiet B u C tan-NACE.

IS-SLOVAKKJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 38

Statistika dwar attivitajiet internazzjonali – Provvista Internazzjonali ta’ Servizzi skont il-Modalità tal-Provvista – data annwali

L-ewwel tliet (3) snin ta’ applikazzjoni, għal kull wieħed mid-disaggregazzjoni 1 u 2 tat-Tabella 38.

L-ewwel sena tal-applikazzjoni għad-disaggregazzjoni 1: Y+sentejn (2), fejn Y hija s-sena tal-pubblikazzjoni tal-ewwel edizzjoni tal-Gwida għall-Kumpilaturi dwar l-MoS imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197.

L-ewwel sena tal-applikazzjoni għad-disaggregazzjoni 2: Z+sentejn (2), fejn Z hija s-sena tal-pubblikazzjoni tat-tieni edizzjoni tal-Gwida għall-Kumpilaturi dwar l-MoS imsemmija fit-Taqsima 1 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197.

Ma trid tiġi sottomessa l-ebda data għall-varjabbli “460101. Importazzjonijiet u akkwist ta’ servizzi” u “460201. Esportazzjonijiet u provvista ta’ servizzi” għad-disaggregazzjonijiet: 1. “Provvista internazzjonali ta’ servizzi skont il-modalità ta’ provvista u disaggregazzjoni ġeografika”; u 2. “Provvista internazzjonali ta’ servizzi skont il-modalità ta’ provvista, it-tip ta’ prodott u disaggregazzjoni ġeografika” kif iddefinita fit-Tabella 38 tal-Anness I, il-Parti B tar-Regolament (UE) 2020/1197, għall-ewwel tliet snin ta’ referenza tal-applikazzjoni.

IL-FINLANDJA

Anness/tabella kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kontenut tad-deroga mogħtija

Anness I, Parti B, Tabella 7

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-volum tal-bejgħ

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140201. Volum tal-bejgħ” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: Il-Gruppi G451, G452, G453, G454, G461, G462, G463, G464, G465, G466, G467, G468, G469, G471, G474, G475, G476, G477, G478 u G479 tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għal G47 tan-NACE, id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 trid tintbagħat f’konformità mad-disaggregazzjoni tal-attività stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1165/98.

Anness I, Parti B, Tabella 8

Statistika tan-negozju fuq żmien qasir dwar il-fatturat nett (valur)

tliet (3) snin (Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

Id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 għall-varjabbli “140301. Fatturat nett (valur)” trid tiġi sottomessa sal-31 ta’ Marzu 2024 għad-disaggregazzjonijiet li ġejjin: Il-Gruppi G451, G452, G453, G454, G461, G462, G463, G464, G465, G466, G467, G468, G469, G471, G474, G475, G476, G477, G478 u G479 tan-NACE.

Matul il-perjodu ta’ deroga, għal G47 tan-NACE, id-data ta’ kull xahar għal Jannar 2021 sa Diċembru 2023 trid tintbagħat f’konformità mad-disaggregazzjoni tal-attività stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1165/98.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1).