|
18.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 216/204 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/985
tat-3 ta’ Ġunju 2021
li tikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tad-Deċiżjoni 2004/842/KE rigward l-implimentar tar-regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli jew speċi veġetali
(notifikata bid-dokument C(2021) 3869)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bl-Ispanjol tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/842/KE (2) fiha żball fl-Artikolu 31(1) fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet li jikkonċernaw l-ispeċijiet tal-ħxejjex. |
|
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li l-verżjoni bl-Ispanjol tad-Deċiżjoni 2004/842/KE tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet tal-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Johannes HAHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/842/KE tal- 1 ta’ Diċembru 2004 rigward l-implimentar ta’ regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli jew speċi veġetali. (ĠU L 362, 9.12.2004, p. 21).