2.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/40 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/885 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Mejju 2021
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja u lil Franza b’rabta ma’ diżastri naturali u lill-Albanija, lill-Awstrija, lill-Belġju, lill-Kroazja, liċ-Ċekja, lill-Estonja, lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lill-Montenegro, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Serbja u lil Spanja fir-rigward ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali maġġuri jew reġjonali jew minn emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri. |
(2) |
Il-Fond ma għandux jaqbeż il-limiti massimi kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3). F’konformità mal-Artikolu 9(2) u 9(4) ta’ dak ir-Regolament, l-ammont massimu li jista’ jiġi mobilizzat mill-Fond mill-allokazzjoni tal-2021 sal-1 ta’ Settembru 2021 huwa ta’ EUR 477 543 750. Skont l-Artikolu 4a (4) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002, l-ammont ta’ EUR 50 000 000 diġà ġie inkorporat fil-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2021 (f’impenji u pagamenti) għall-pagament ta’ avvanzi. Barra minn hekk, ammont ta’ EUR 47 981 598 tal-allokazzjoni tal-2020 ma ntużax sal-aħħar ta’ dik is-sena u ġie riportat għall-2021. Għalhekk, l-ammont massimu disponibbli taħt il-FSUE f’dan il-punt fl-2021 huwa ta’ EUR 525 525 348, li huwa biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet taħt din id-Deċiżjoni. |
(3) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2020, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-għargħar f’Awwissu 2020 fi Sterea Ellada. |
(4) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2020, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-ħsarat ikkawżati miċ-ċiklun Ianos f’Settembru 2020 li affettwaw ir-Reġjuni ta’ Ionia Nisia, Sterea Ellada, Ditiki Ellada, Tessalia u Peloponnisos. |
(5) |
Fit-22 ta’ Jannar 2021, il-Greċja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara t-terremot f’Ottubru 2020 li affettwa l-gżejjer ta’ Samos, Ikaria u Chios. |
(6) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2020, Franza ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-ħsarat ikkawżati minn Storm Alex fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côtes d’Azur f’Ottubru 2020. |
(7) |
Sal-24 ta’ Ġunju 2020, l-Albanija, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Montenegro, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Serbja u Spanja ppreżentaw applikazzjonijiet biex jimmobilizzaw il-Fond b’rabta mal-emerġenza tas-saħħa pubblika ewlenija kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tal-2020. |
(8) |
L-applikazzjonijiet ta’ dawk l-Istati jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002. |
(9) |
Il-Fond jenħtieġ għalhekk li jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Greċja u lil Franza b’rabta mad-diżastri naturali u lill-Albanija, lill-Awstrija, lill-Belġju, liċ-Ċekja, lill-Estonja, lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lill-Montenegro, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Serbja, lil Spanja b’rabta mal-emerġenza ewlenija tas-saħħa pubblika. |
(10) |
Fil-każ tal-Kroazja, peress li l-avvanz diġà mħallas jaqbeż l-ammont finali tal-għajnuna, ma hemm bżonn li jiġi mobilizzat l-ebda ammont ulterjuri u l-avvanz imħallas indebitament ser jiġi rkuprat f’konformità mal-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002. |
(11) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fir-rigward ta’ diżastri naturali:
(a) |
l-ammont ta’ EUR 3 300 100 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja fir-rigward tal-għargħar fi Sterea Ellada, inkluż l-ammont ta’ EUR 330 010 bħala ħlas bil-quddiem; |
(b) |
l-ammont ta’ EUR 21 588 519 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja fir-rigward taċ-ċiklun Ianos, inkluż l-ammont ta’ EUR 2 158 852 bħala ħlas bil-quddiem; |
(c) |
l-ammont ta’ EUR 2 531 301 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja fir-rigward tat-terremot fil-gżejjer ta’ Samos, Chios u Ikaria, inkluż l-ammont ta’ EUR 253 131 bħala ħlas bil-quddiem; |
(d) |
l-ammont ta’ EUR 59 325 000 għandu jiġi pprovdut lil Franza fir-rigward tal-maltempata Alex, inkluż l-ammont ta’ EUR 5 932 500 bħala ħlas bil-quddiem. |
Artikolu 2
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fir-rigward ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri:
(a) |
l-ammont ta’ EUR 905 271 għandu jiġi pprovdut lill-Albanija; |
(b) |
l-ammont ta’ EUR 31 755 580 għandu jiġi pprovdut lill-Awstrija; |
(c) |
l-ammont ta’ EUR 37 298 777 għandu jiġi pprovdut lill-Belġju; |
(d) |
l-ammont ta’ EUR 17 373 205 għandu jiġi pprovdut liċ-Ċekja; |
(e) |
l-ammont ta’ EUR 3 588 755 għandu jiġi pprovdut lill-Estonja; |
(f) |
l-ammont ta’ EUR 91 365 053 għandu jiġi pprovdut lil Franza; |
(g) |
l-ammont ta’ EUR 13 648 386 għandu jiġi pprovdut lill-Ġermanja; |
(h) |
l-ammont ta’ EUR 3 994 022 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja; |
(i) |
l-ammont ta’ EUR 13 136 857 għandu jiġi pprovdut lill-Ungerija; |
(j) |
l-ammont ta’ EUR 20 480 330 għandu jiġi pprovdut lill-Irlanda; |
(k) |
l-ammont ta’ EUR 76 271 930 għandu jiġi pprovdut lill-Italja; |
(l) |
l-ammont ta’ EUR 1 177 677 għandu jiġi pprovdut lil-Latvja; |
(m) |
l-ammont ta’ EUR 2 828 291 għandu jiġi pprovdut lil-Litwanja; |
(n) |
l-ammont ta’ EUR 2 857 025 għandu jiġi pprovdut lil-Lussemburgu; |
(o) |
l-ammont ta’ EUR 199 505 għandu jiġi pprovdut lill-Montenegro; |
(p) |
l-ammont ta’ EUR 18 039 670 għandu jiġi pprovdut lill-Portugall; |
(q) |
l-ammont ta’ EUR 13 926 870 għandu jiġi pprovdut lir-Rumanija; |
(r) |
l-ammont ta’ EUR 11 968 276 għandu jiġi pprovdut lis-Serbja; |
(s) |
l-ammont ta’ EUR 36 639 441 għandu jiġi pprovdut lil Spanja. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-20 ta’ Mejju 2021.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2021.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).