27.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/28 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/845
tas-26 ta’ Mejju 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ kif l-akkumulazzjonijiet tat-trab jaqbdu spontanjament
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
(2) |
Bl-ittra BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92 tat-12 ta’ Diċembru 1994, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għat-tfassil u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/34/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 94/9/KE. |
(3) |
B’mod partikolari, is-CEN u s-CENELEC intalbu jfasslu standard dwar id-disinn u l-ittestjar ta’ tagħmir għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi kif indikat fil-Kapitolu I tal-programm ta’ standardizzazzjoni maqbul bejn is-CEN u s-CENELEC u l-Kummissjoni u mehmuża mat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92. Is-CEN u s-CENELEC intalbu wkoll jirrevedu l-istandards eżistenti bl-għan li jallinjawhom mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza tad-Direttiva 94/9/KE. |
(4) |
Abbażi tat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92, is-CEN irreveda l-istandard EN 15188:2007 dwar id-determinazzjoni ta’ kif akkumulazzjoni ta’ trab taqbad spontanjament. Bħala riżultat ta’ dik ir-reviżjoni, is-CEN ippreżenta lill-Kummissjoni l-istandard EN 15188:2020. |
(5) |
Il-Kummissjoni flimkien mas-CEN ivvalutat jekk l-istandard EN 15188:2020 imfassla mis-CEN huwiex konformi mat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92. |
(6) |
L-istandard EN 15188:2020 jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/34/UE. Għalhekk jixraq li tiġi ppubblikata r-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
L-istandard EN 15188:2020 jissostitwixxi l-istandard EN 15188:2007. Għalhekk jeħtieġ li r-referenza tal-istandard EN 15188:2007 tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Sabiex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-verżjoni riveduta tal-istandard EN 15188:2007, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenza ta’ dak l-istandard jiġi differit. |
(9) |
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati mfassla b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 (4). Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati mfassla b’appoġġ għad-Direttiva 2014/34/UE jkunu elenkati fl-istess att, ir-referenzi tal-istandards EN 15188:2020 u EN 15188:2007 jenħtieġ li jiġu inklużi f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12
(2) Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).
(3) Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 tat-12 ta’ Lulju 2019 dwar l-istandards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 15.7.2019, p. 71).
ANNESS I
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 tiżdied l-entrata li ġejja:
Nru |
Referenza tal-istandard |
“3. |
EN 15188:2020 Determinazzjoni ta’ kif l-akkumulazzjonijiet tat-trab jaqbdu spontanjament”. |
ANNESS II
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 tiżdied l-entrata li ġejja:
Nru |
Referenza tal-istandard |
Data tal-irtirar |
“3. |
EN 15188:2007 Determinazzjoni ta’ kif l-akkumulazzjonijiet tat-trab jaqbdu spontanjament |
Is-27 ta’ Novembru 2022”. |