|
12.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/1 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/773
tal-10 ta’ Mejju 2021
li, f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE, tawtorizza lill-Istati Membri jiddeċiedu b’mod temporanju dwar l-ekwivalenza ta’ materjal riproduttiv tal-foresti ta’ ċerti kategoriji li jiġi prodott f’ċerti pajjiżi terzi
(notifikata bid-dokument C(2021) 3194)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE (2) stabbiliet ir-regoli li permezz tagħhom tingħata l-ekwivalenza lil ċerti pajjiżi terzi rigward is-sistemi għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ materjal bażiku u l-produzzjoni sussegwenti tal-materjal riproduttiv tal-foresti minn dak il-materjal bażiku. Il-pajjiżi terzi kkonċernati huma pajjiżi membri tal-Iskema tal-OECD għaċ-ċertifikazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresti (“l-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti”) użat fil-kummerċ internazzjonali. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2008/971/KE tkopri l-materjal riproduttiv tal-foresti tal-kategoriji “sors identifikat”, “magħżula”, u “kwalifikati”. |
|
(3) |
Fl-2011, ir-Regoli u r-Regolamenti tal-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti (3) (“ir-regoli tal-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti”) kienu jkopru l-materjal tal-foresti tal-kategoriji “sors identifikat”, “magħżula”, u “kwalifikati”. Fl-2013 ir-regoli tal-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti ġew emendati biex jinkludu l-kategorija “eżaminati”3. |
|
(4) |
Fin-nuqqas ta’ Deċiżjoni dwar l-ekwivalenza ta’ materjal riproduttiv tal-foresti tal-kategorija “eżaminati” fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 1999/105/KE. |
|
(5) |
Fl-2018 ir-Renju Unit sar pajjiż membru tal-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti. Ir-Renju Unit iddaħħal bħala pajjiż terz fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/971/KE (4), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-Ħruġ flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu awtorizzati jiddeċiedu b’mod temporanju dwar l-ekwivalenza ta’ materjal riproduttiv tal-foresti tal-kategorija “eżaminati” prodott fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/971/KE, sakemm issir emenda tad-Deċiżjoni 2008/971/KE. F’dak il-kuntest jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-materjal li se jiġi importat joffri garanziji ekwivalenti f’kull rispett għal dak il-materjal riproduttiv tal-foresti li jiġi prodott fl-Unjoni li jikkonforma mad-Direttiva 1999/105/KE. |
|
(7) |
Minħabba ż-żmien meħtieġ għall-estensjoni possibbli tad-Deċiżjoni 2008/971/KE, u biex jiġi evitat kull riskju ta’ tfixkil tal-importazzjoni għall-Istati Membri, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri huma awtorizzati jiddeċiedu jekk il-materjal riproduttiv tal-foresti tal-kategorija “eżaminati” prodott f’pajjiż terz elenkat fl-Anness, joffrix l-istess garanzija bħal dak tal-materjal riproduttiv tal-foresti prodott fl-Unjoni u li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/105/KE.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:
|
(a) |
“garanzija” tfisser garanzija ta’ dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
“il-materjal riproduttiv tal-foresti tal-kategorija “eżaminati” tfisser materjal riproduttiv tal-foresti:
|
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull deċiżjoni li tittieħed skont din id-Deċiżjoni, u b’kull irtirar ta’ deċiżjonijiet bħal dawn.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ekwivalenza ta’ Materjal Riproduttiv tal-Foresti prodott f’pajjiżi terzi (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 83).
(3) Decisions of the Council of the Organisation for Economic Cooperation and Development, Decision of the Council establishing the OECD Scheme for the Certification of Forest Reproductive Material Moving in International Trade [OECD/LEGAL/0355]. https://legalinstruments.oecd.org/en/instruments/OECD-LEGAL-0355
(4) Id-Deċiżjoni (UE) 2021/536 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-ekwivalenza ta’ materjal riproduttiv tal-foresti prodott fir-Renju Unit (ĠU L 108, 29.3.2021, p. 1)
ANNESS
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Tip ta’ materjal bażiku (1) |
|
Il-Kanada |
P, ĠŻ, Ġ, K, TK |
|
In-Norveġja |
P, ĠŻ, Ġ, K, TK |
|
Ir-Repubblika tas-Serbja |
P, ĠŻ, Ġ, K, TK |
|
L-Iżvizzera |
P, ĠŻ, Ġ, K, TK |
|
It-Turkija |
P, ĠŻ, Ġ, K, TK |
|
Ir-Renju Unit (2) |
P, ĠŻ, Ġ, K, TK |
|
L-Istati Uniti |
P, ĠŻ, Ġ, K, TK |
(1) L-abbrevjazzjonijiet f’din il-kolonna għandhom it-tifsiriet li ġejjin :
|
P |
: |
Popolament |
|
ĠŻ |
: |
Ġardina taż-Żrieragħ |
|
Ġ |
: |
Ġenituri ta’ familja/i |
|
K |
: |
Klonu |
|
TK |
: |
Taħlita ta’ Kloni. |
(2) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.