|
5.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 157/7 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/730 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1349 dwar il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju minn awtorità kompetenti ta’ ċerti setgħat fir-rigward ta’ sorveljanza ta’ sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (BĊE/2021/19)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1, l-Artikolu 22 u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ sorveljanza applikabbli għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (SIPSs). L-operaturi ta’ SIPSs stabbiliti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro jeħtiġilhom jiżguraw il-konformità tas-SIPS li huma joperaw ma’ dawk ir-rekwiżiti. L-awtoritajiet kompetenti nnominati biex jissorveljaw is-SIPSs jeħtiġilhom ikollhom biżżejjed riżorsi u setgħat ta’ sorveljanza. Uħud minn dawn is-setgħat huma elenkati fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28), li abbażi tiegħu l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/1349 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/25) (2) li tispeċifika f’aktar dettall il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżerċitar ta’ dawk is-setgħat ta’ sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) ġie emendat reċentement biex jirrifletti li f’ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali jista’ jkun ta’ benefiċċju li l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament minn SIPSs li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1(3)(iii) tiegħu, tiġi ssorveljata minn żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema — jiġifieri bank ċentrali nazzjonali u l-BĊE — bħala awtoritajiet kompetenti nnominati, sabiex jinkiseb benefiċċju mill-għarfien tal-bank ċentrali nazzjonali rilevanti dwar l-entità sorveljata u r-relazzjoni stabbilita preċedentement magħha, kif ukoll biex jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-BĊE fis-sorveljanza ta’ tali SIPSs. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (UE) 2019/1349 (BĊE/2019/25) tiġi emendata biex tiċċara kif għandhom jiġu eżerċitati s-setgħat ta’ sorveljanza rilevanti u kif għandhom jiġu rrispettati l-aspetti proċedurali f’każ fejn żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema jintgħażlu bħala awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ SIPS li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1(3)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28). |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2019/1349 (BĊE/2019/25) tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1349 (BĊE/2019/25) hija emendata kif ġej:
|
1. |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16.
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1349 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Lulju 2019 dwar il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju minn awtorità kompetenti ta’ ċerti setgħat fir-rigward ta’ sorveljanza ta’ sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (BĊE/2019/25) (ĠU L 214, 16.8.2019, p. 16).