|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/7 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/677
tat-23 ta’ April 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Latvja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Wara talba mingħand il-Latvja fis-7 ta’ Awwissu 2020, fil-25 ta’ Settembru 2020 il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lil-Latvja fil-forma ta’ self li jammonta għal massimu ta’ EUR 192 700 000 b’maturità medja massima ta’ 15-il sena, bil-ħsieb li tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tal-Latvja biex tindirizza l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirrispondi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. |
|
(2) |
Is-self kellu jintuża mil-Latvja biex tiffinanzja l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, miżuri simili u miżuri relatati mas-saħħa, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1351 (2). |
|
(3) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 kompliet tipparalizza parti sostanzjali tal-forza tax-xogħol fil-Latvja. Dan wassal għal żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika fil-Latvja fir-rigward ta’ miżuri ġodda, jiġifieri l-benefiċċji ta’ għajnuna għall-mard għall-ġenituri u l-indokraturi u l-primjums għall-prattikanti mediċi u l-impjegati li jittrattaw il-kriżi tal-COVID-19 u miżuri msemmija fl-Artikolu 3, il-punti (a) (c) (d) (f) u (g) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351. |
|
(4) |
It-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri straordinarji li implimentat il-Latvja fl-2020 u fl-2021 biex trażżan dik it-tifqigħa u l-impatt soċjoekonomiku kif ukoll dak relatat mas-saħħa tagħha kellhom u qed ikomplu jkollhom impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi. Skont it-tbassir tal-ħarifa 2020 tal-Kummissjoni, kien mistenni li l-Latvja jkollha defiċit u dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta’ 7,4 % u 47,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) rispettivament sa tmiem l-2020. Fl-2021, id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika tal-Latvja huma mbassra li jonqsu għal 3,5 % u 45,9 % tal-PDG, rispettivament. Skont it-tbassir proviżorju tax-xitwa 2021 tal-Kummissjoni, il-PDG tal-Latvja huwa proġettat li jiżdied bi 3,5 % fl-2021. |
|
(5) |
Fil-11 ta’ Marzu 2021, il-Latvja talbet assistenza finanzjarja ulterjuri mill-Unjoni ta’ EUR 112 500 000, bil-ħsieb li tkompli tikkomplementa l-isforzi nazzjonali tagħha li wettqet fl-2020 u fl-2021 biex titratta l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 u tirreaġixxi għall-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dik it-tifqigħa għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessi (6) sa (8). |
|
(6) |
‘Ir-Regolament tal-Kabinett Nru 709 “Regolamenti Rigward l-Għotja għall-Inattività għall-Kontribwenti għall-Kontinwità tal-Attività tagħhom fiċ-Ċirkustanzi tal-Kriżi tal-COVID-19”’ (adottat fl-24 ta’ Novembru 2020 (3) u emendat fit-12 ta’ Jannar 2021 (4)) estenda u emenda skema għall-kumpens taż-żmien inattiv għall-ħaddiema, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (a), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351. Dik l-iskema tapplika għall-kumpaniji, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-pagaturi tat-tariffa tal-liċenzja, li l-introjtu tagħhom mill-attività ekonomika naqas b’mill-inqas 20 %, meta mqabbel ma’ Awwissu-Ottubru 2020 bħala medja. L-iskema tħallas lill-impjegati assenti bil-permess jew lill-persuni li jaħdmu għal rashom kumpensi ta’ 50 % jew 70 % tas-salarji jew l-introjti tagħhom, skont ir-reġim tat-taxxa li joperaw fih. Il-livell minimu ta’ appoġġ huwa stabbilit għal EUR 500 u l-massimu għal EUR 1 000 għal kull impjegat għal kull xahar kalendarju. Mehmuż ma’ din l-iskema għall-kumpens taż-żmien inattiv għall-ħaddiema hemm il-bonus tal-ħaddiema għat-tfal, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (c), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351. Il-bonus ta’ EUR 50 fix-xahar għal kull wild jagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema inattivi li huma intitolati għal ħelsien mit-taxxa fuq l-introjtu personali għad-dipendenti. Il-miżura ta’ appoġġ ġiet estiża bl-’Ordni tal-Kabinett Nru 706 tal-1 ta’ Diċembru 2020 “Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’ ” ’ (5) u l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 15 tal-11 ta’ Jannar 2021 “Rigward l-Allokazzjoni tal-Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’ ” ’ (6). Il-miżura tista’ titqies bħala miżura simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, billi tipprovdi appoġġ għall-introjtu għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom. |
|
(7) |
L-iskema għas-sussidji tal-pagi tagħti appoġġ għall-impjegaturi li jiffaċċjaw tnaqqis fid-dħul ta’ mill-inqas 20 % minn kwalunkwe attività ekonomika. L-iskema tammonta għal 50 % tal-paga grossa medja fix-xahar, iżda mhux aktar minn EUR 500 għal kull xahar kalendarju. L-impjegaturi benefiċjarji huma obbligati jżommu l-impjieg tal-ħaddiema appoġġati u li jissupplimentaw is-sussidju tal-pagi għall-paga regolari sħiħa. L-iskema ġiet stabbilita mir-‘Regolament tal-Kabinett Nru 675 dwar “Regolamenti Rigward l-Għoti ta’ Għajnuna lill-Kontribwenti għall-Kontinwazzjoni tal-Attività tagħhom fiċ-Ċirkustanzi tal-Kriżi tal-COVID-19”’(adottati fl-10 ta’ Novembru 2020 (7) u emendati fit-12 ta’ Jannar 2021 (8)) u l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 128 tas-26 ta’ Frar 2021“Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’” (9). Il-miżura testendi l-iskema għas-sussidji tal-pagi għall-industriji tat-turiżmu u tal-esportazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (d), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351, u tespandi l-kopertura għall-impjegaturi kollha eliġibbli. |
|
(8) |
Il-benefiċċji ta’ għajnuna għall-mard għall-ġenituri u l-indokraturi jagħtu appoġġa lill-impjegati li ma jistgħux jaħdmu mill-bogħod u li jkollhom jieħdu ħsieb tfal taħt l-età ta’ 10 snin jew persuni b’diżabilità meta l-iskejjel u ċ-ċentri ta’ kura matul il-jum jingħalqu minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. Il-miżura tista’ titqies bħala miżura simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/672, billi din tagħti appoġġ għall-introjtu lill-ġenituri u lill-indokraturi u tgħin biex jiġu ppreservati l-impjiegi billi tipprevjeni lill-ġenituri u lill-indokraturi li jkollhom jieħdu ħsieb lil uliedhom jew lil persuni b’diżabilità meta l-iskejjel u ċ-ċentri ta’ kura matul il-jum ikunu magħluqin mill-ħtieġa li jtemmu r-relazzjoni ta’ impjieg. Il-benefiċċji ta’ għajnuna għall-mard huma previsti fl-‘Emenda tal-Liġi “Dwar l-Assigurazzjoni tal-Maternità u tal-Mard” tas-26 ta’ Novembru 2020’ (10) u l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 707 tal-1 ta’ Diċembru 2020“Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’”’ (11) u l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 13 tal-11 ta’ Jannar 2021“Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programmr-Riżorsi Finanzjarji għall-programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’”’ (12). |
|
(9) |
Il-Latvja kompliet testendi u tintroduċi wkoll sensiela ta’ miżuri relatati mas-saħħa biex tindirizza l-kriżi tal-COVID-19. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-miżuri stabbiliti fil-premessi (10) sa (12). |
|
(10) |
Estensjoni sat-30 ta’ Ġunju 2021 tal-benefiċċji tal-mard relatati mal-COVID-19 kif imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (g), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351 ġiet stabbilita bl-‘Emendi tal-Liġi “Dwar l-Assigurazzjoni tal-Maternità u tal-Mard” tat-12 ta’ Novembru 2020’ (13). Il-miżura tipprovdi benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat għal dawk li kellhom jitilfu x-xogħol minħabba l-obbligu ta’ awtoiżolament jew awtokwarantina, filwaqt li normalment parti mill-benefiċċju tal-mard jinqasam mal-impjegatur. |
|
(11) |
Huwa pprovdut appoġġ addizzjonali għan-nefqa relatata mas-saħħa fuq it-tagħmir protettiv personali, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (f), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351. In-nefqa kienet diġà implimentata fl-2020, inkluż dik stabbilita mir-‘Regolament tal-Kabinett Nru 380 tad-9 ta’ Ġunju 2020“Regolamenti dwar ir-Riżorsi biex tiġi Żgurata s-Sikurezza Epidemjoloġika Meħtieġa għall-Istituzzjonijiet Inklużi fil-Lista ta’ Istituzzjonijiet u Ħtiġijiet ta’ Prijorità”’ (14). |
|
(12) |
Il-primjums għall-prattikanti mediċi u l-impjegati li jittrattaw il-kriżi tal-COVID-19 minn 20 % sa 100 % tas-salarji fix-xahar jippremjaw il-ħidma mwettqa f’kundizzjonijiet ta’ żieda fir-riskju u żieda fl-ammont ta’ xogħol, kif previst fl-‘Ordnijiet tal-Kabinett Nru 136 tas-27 ta’ Marzu 2020 u Nru 656 tas-6 ta’ Novembru 2020“Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’”’ (15), l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 743 tat-8 ta’ Diċembru 2020“Emendi tal-Ordni tal-Kabinett Nru 655 tas-6 ta’ Novembru 2020 Dwar id-Dikjarazzjoni ta’ Stat ta’ Emerġenza”’ (16) u l-‘Ordni tal-Kabinett Nru 37 tal-21 ta’ Jannar 2021 Rigward l-Allokazzjoni ta’ Fondi mill-Programm tal-Baġit tal-Istat ‘Fondi għal Avvenimenti Imprevisti’’” (17). Dawk il-primjums huma addizzjonali għall-primjum massimu stabbilit fil-‘Liġi Dwar ir-Remunerazzjoni tal-Uffiċjali u l-Impjegati tal-Awtoritajiet Statali u tal-Gvern Lokali’. Il-miżura tappoġġa l-impjiegi billi tiżgura s-sikurezza tas-saħħa tal-impjegati u l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi essenzjali. |
|
(13) |
Il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ assistenza finanzjarja kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/672. Il-Latvja pprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza xierqa li n-nefqa pubblika reali u ppjanata żdiedet b’EUR 405 297 901 mill-1 ta’ Frar 2020 minħabba l-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jiġu indirizzati l-effetti soċjoekonomiċi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dan jikkostitwixxi żieda għal għarrieda u qawwija minħabba li hija relatata kemm ma’ miżuri ġodda kif ukoll ma’ estensjoni ta’ miżuri eżistenti direttament relatati mal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili li jkopru proporzjon sinifikanti tal-impriżi u tal-forza tax-xogħol fil-Latvja. Il-Latvja beħsiebha tiffinanzja EUR 100 097 901 tal-ammont miżjud tan-nefqa pubblika permezz tal-fondi tagħha stess. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-Latvja u vverifikat iż-żieda għal għarrieda u qawwija fin-nefqa pubblika reali u ppjanata direttament relatata mal-iskemi tax-xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, kif ukoll ir-rikors għal miżuri rilevanti relatati mas-saħħa marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, imsemmija fit-talba tal-Latvja tal-11 ta’ Marzu 2021, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(15) |
Il-miżuri relatati mas-saħħa, kif imsemmija fit-talba tal-Latvja tal-11 ta’ Marzu 2021 u fil-premessi (10) sa (12), jammontaw għal EUR 22 304 365. |
|
(16) |
Għalhekk, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja bil-għan li l-Latvja tiġi megħjuna titratta l-effetti soċjoekonomiċi tat-taqlib ekonomiku qawwi kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rigward il-maturitajiet, id-daqs u r-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali u tas-segmenti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali. |
|
(17) |
Jenħtieġ li l-Latvja u l-Kummissjoni jqisu din id-Deċiżjoni fil-ftehim ta’ self imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/672. |
|
(18) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kwalunkwe proċedura relatata ma’ distorsjonijiet tal-operat tas-suq intern li tista’ titwettaq, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Hija ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat. |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-Latvja tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-punt sa fejn il-Latvja implimentat dik in-nefqa. |
|
(20) |
Id-deċiżjoni li tingħata assistenza finanzjarja ttieħdet b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet eżistenti u dawk mistennija tal-Latvja, kif ukoll it-talbiet għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament (UE) 2020/672 diġà ppreżentati jew ippjanati li jiġu ppreżentati minn Stati Membri oħra, filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, solidarjetà, proporzjonalità u trasparenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 3 Il-Latvja tista’ tiffinanzja l-miżuri li ġejjin:
|
|
(3) |
l-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 4 1. Il-Latvja għandha tinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Marzu 2021, u kull sitt xhur wara dan, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata b’mod sħiħ. 2. Fejn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ikunu bbażati fuq nefqa pubblika ppjanata u jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1351, il-Latvja għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni emendatorja, u kull sitt xhur minn hemm ’il quddiem, dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa pubblika ppjanata sakemm dik in-nefqa pubblika ppjanata tkun ġiet implimentata bis-sħiħ.’. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Din id-Deċìżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha lid-destinatarju.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(1) ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1351 tal-25 ta’ Settembru 2020 li tagħti appoġġ temporanju skont ir-Regolament (UE) 2020/672 lir-Repubblika tal-Latvja biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad fl-emerġenza wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 38).
(3) Latvijas Vēstnesis, 230B, 27.11.2020.
(4) Latvijas Vēstnesis, 9 A, 14.1.2021.
(5) Latvijas Vēstnesis, 234, 3.12.2020.
(6) Latvijas Vēstnesis, 9, 14.1.2021.
(7) Latvijas Vēstnesis, 222 A, 16.11.2020.
(8) Latvijas Vēstnesis, 9, 14.1.2021.
(9) Latvijas Vēstnesis, 42, 2.3.2021.
(10) Latvijas Vēstnesis, 230 A, 27.11.2020.
(11) Latvijas Vēstnesis, 234, 3.12.2020.
(12) Latvijas Vēstnesis, 9, 14.1.2021.
(13) Latvijas Vēstnesis, 221 A, 13.11.2020.
(14) Latvijas Vēstnesis, 113 A, 12.6.2020.
(15) Latvijas Vēstnesis, 62B, 27.3.2020., Latvijas Vēstnesis, 218, 10.11.2020.
(16) Latvijas Vēstnesis, 237 A, 8.12.2020.
(17) Latvijas Vēstnesis, 16, 25.1.2021.