17.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 234/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Ġunju 2021
li taħtar membru wieħed u membru supplenti wieħed tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għal-Latvja
(2021/C 234 I/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li tistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta’ min iħaddem,
Wara li kkunsidra l-lista tal-membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tad-9 ta’ April 2019 (2), tas-6 ta’ Ġunju 2019 (3) (4) u tat-8 ta’ Lulju 2019 (5), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2023. |
(2) |
L-organizzazzjoni ta’ min iħaddem BusinessEurope ppreżentat żewġ nomini għal żewġ postijiet vakanti li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma maħtura bħala membru u membru supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2023:
III. |
RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
|
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar lill-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi il-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. MENDES GODINHO
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 58.
(2) ĠU C 135, 11.4.2019, p. 7.
(3) ĠU C 195, 11.6.2019, p. 4.