22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 99/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/482
tat-22 ta’ Marzu 2021
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma
Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1) dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma. |
(2) |
Fit-22 ta’ Frar 2021, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna bl-aktar mod qawwi l-kolp ta’ stat militari mwettaq fil-Myanmar/Burma fl-1 ta’ Frar 2021. Appella biex titnaqqas it-tensjoni tal-kriżi permezz tat-tmiem immedjat tal-istat ta’ emerġenza, ir-restawr tal-gvern ċivili leġittimu u l-ftuħ tal-Parlament li kien għadu kemm ġie elett. |
(3) |
Il-Kunsill appella wkoll lill-awtoritajiet militari biex jeħilsu lill-President, lill-Kunsillier tal-Istat u lil dawk kollha li ġew detenuti jew arrestati b’konnessjoni mal-kolp ta’ stat. Il-Kunsill insista li trid tiġi żgurata telekomunikazzjoni mingħajr xkiel, iridu jiġu garantiti l-libertajiet tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda, u l-aċċess għall-informazzjoni, u jridu jiġu rispettati l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. Ikkundanna r-repressjoni militari u tal-pulizija kontra d-dimostranti paċifiċi, filwaqt li appella biex l-awtoritajiet irażżnu kemm jista’ jkun lilhom infushom u biex in-naħat kollha jżommu lura mill-vjolenza f’konformità mad-dritt internazzjonali. |
(4) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill issottolinjaw ir-rieda tal-Unjoni li tadotta miżuri restrittivi bi tweġiba għall-kolp ta’ stat militari. |
(5) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li l-kriterji ta’ deżinjazzjoni jiġu emendati biex jippermettu l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-attivitajiet tagħhom idgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) jew ikkontrollati minnhom, jew li jiġġeneraw dħul għall-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), jipprovdulhom appoġġ, jew jibbenefikaw minnhom u b’hekk jikkontribwixxu għal, jew jibbenefikaw minn, attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt jew għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma. |
(6) |
B’kont meħud tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma, huwa xieraq li jiġi emendat it-titolu tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/184/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma”; |
(2) |
L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta’:
kif elenkati fl-Anness.”; |
(3) |
L-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’, miżmuma jew kontrollati minn:
kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.”; |
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a 1. B’deroga mill-Artikolu 6(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi għal persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness, skont dawk il-kondizzjonijiet meqjusa xierqa mill-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu ddeterminaw li l-għoti ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ għal finijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inkluż provvisti mediċi, u ikel, għat-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji jew assistenza relatata jew għal evakwazzjonijiet minn Myanmar/Burma. 2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, fi żmien erba’ ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).