17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/462

tal-15 ta’ Marzu 2021

li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2022 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/467

(notifikata bid-dokument C(2021) 1571)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2), l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema tal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (l-iskema għall-iskejjel), għandhom jippreżentaw it-talba tagħhom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika li jmiss, u jekk applikabbli, jaġġornaw it-talba għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika attwali.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-iskema għall-iskejjel, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri parteċipanti, abbażi tal-ammonti indikati fit-talba għall-għajnuna tal-Unjoni minn dawk l-Istati Membri u billi jitqiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi tal-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 23a(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

L-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2022, billi speċifikaw l-ammont ta’ għajnuna meħtieġ għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel jew għall-ħalib fl-iskejjel, jew għaż-żewġ partijiet tal-iskema. Fil-każ tal-Belġju, ta’ Franza, ta’ Ċipru u tal-Iżvezja, l-ammonti mitluba qiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi.

(4)

Sabiex jiġi mmassimizzat il-potenzjal sħiħ tal-fondi disponibbli, jenħtieġ li l-għajnuna tal-Unjoni mhux mitluba tiġi allokata mill-ġdid lill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel, u li fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni jindikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva tagħhom, dejjem jekk ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali.

(5)

Fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2022, l-Iżvezja talbet anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel. Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel. L-ebda Stat Membru ma talab anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-ħalib fl-iskejjel.

(6)

Abbażi tal-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2022.

(7)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/467 (4) tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021. Xi Stati Membri aġġornaw it-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta ma’ dik is-sena skolastika. Id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Lussemburgu u n-Netherlands innotifikaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u l-allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel. Il-Belġju, Spanja, in-Netherlands u l-Portugall talbu anqas mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel. Iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, is-Slovakkja u l-Iżvezja nnotifikaw li huma lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel. Ir-Renju Unit ma ddikjara l-ebda nefqa sas-27 ta’ Ottubru 2020 f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (5) u, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 137(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, waqaf li jkun intitolat għall-allokazzjoni definittiva tiegħu tal-għajnuna tal-Unjoni. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li titħassar l-allokazzjoni definittiva tar-Renju Unit għas-sena skolastika 2020/2021 fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/467.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/467 tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2022 hija stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2020/467 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/467 tal-25 ta’ Marzu 2020 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019) 2249 final (ĠU L 98, 31.3.2020, p. 34).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).


ANNESS I

Is-sena skolastika 2021/2022

(f’Eur)

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel

Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel

Il-Belġju

3 405 459

1 613 200

Il-Bulgarija

2 145 718

1 020 451

Iċ-Ċekja

3 210 331

1 600 707

Id-Danimarka

1 855 734

1 460 645

Il-Ġermanja

20 242 234

9 404 154

L-Estonja

450 442

700 309

L-Irlanda

1 811 039

900 398

Il-Greċja

3 218 885

1 550 685

Spanja

13 295 411

6 302 784

Franza

17 990 469

17 123 194

Il-Kroazja

1 390 733

800 354

L-Italja

17 125 311

8 003 535

Ċipru

390 044

400 177

Il-Latvja

648 450

700 309

Il-Litwanja

922 198

1 032 456

Il-Lussemburgu

294 943

193 000

L-Ungerija

3 099 275

1 756 776

Malta

293 380

193 000

In-Netherlands

5 570 212

2 401 061

L-Awstrija

2 300 537

1 100 486

Il-Polonja

11 944 322

10 204 507

Il-Portugall

3 283 397

2 220 981

Ir-Rumanija

6 866 848

10 399 594

Is-Slovenja

570 670

320 141

Is-Slovakkja

1 752 338

900 398

Il-Finlandja

1 599 047

3 824 689

L-Iżvezja

0

8 998 717

Total

125 677 428

95 126 708


ANNESS II

“ANNESS I

Is-sena skolastika 2020/2021

(f’Eur)

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel f’EUR

Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel f’EUR

Il-Belġju

2 492 459

838 200

Il-Bulgarija

2 562 226

1 145 871

Iċ-Ċekja

4 480 135

2 238 476

Id-Danimarka

2 252 207

1 575 880

Il-Ġermanja

28 192 170

10 549 255

L-Estonja

614 857

894 110

L-Irlanda

2 238 463

1 029 094

Il-Greċja

3 218 885

1 550 685

Spanja

13 933 247

5 408 792

Franza

17 990 469

17 123 194

Il-Kroazja

1 636 896

874 426

L-Italja

20 493 267

9 016 105

Ċipru

390 044

400 177

Il-Latvja

769 194

736 593

Il-Litwanja

1 089 604

1 082 982

Il-Lussemburgu

405 816

163 802

L-Ungerija

4 115 191

2 928 629

Malta

340 277

248 458

In-Netherlands

7 164 078

320 849

L-Awstrija

3 191 266

1 250 119

Il-Polonja

14 394 215

10 941 915

Il-Portugall

1 250 000

2 220 981

Ir-Rumanija

7 866 848

10 771 254

Is-Slovenja

701 580

359 649

Is-Slovakkja

2 373 573

1 633 772

Il-Finlandja

1 599 047

3 824 689

L-Iżvezja

0

10 217 369

Total

145 756 013

99 345 326