12.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/14 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/432 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-1 ta’ Marzu 2021
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1198 dwar ir-rapportar ta' pjanijiet ta' finanzjament ta' istituzzjonijiet ta' kreditu minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/7)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u ma’ awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord Superviżorju
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1198 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) tirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jipprovdu l-pjanijiet ta’ finanzjament ta’ ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u inqas sinifikanti lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), u tistabbilixxi proċeduri armonizzati għas-sottomissjoni lill-BĊE ta’ dawk il-pjanijiet ta’ finanzjament. |
(2) |
Sabiex jiġu żgurati prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi u biex jiġi ffaċilitat ir-rapportar tal-pjanijiet ta’ finanzjament, id-Deċiżjoni (UE) 2017/1198 tirrikjedi li l-pjanijiet ta’ finanzjament jiġu rrapportati skont il-mudelli u d-definizzjonijiet armonizzati msemmija fil-mudell tal-pjan ta’ finanzjament mehmuż mal-Linji Gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) dwar definizzjonijiet u mudelli armonizzati għall-pjanijiet ta’ finanzjament ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Rakkomandazzjoni A4 tal-BERS/2012/2 (ABE/GL/2014/04) (4). |
(3) |
Il-Linji Gwida tal-ABE dwar definizzjonijiet u mudelli armonizzati għall-pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Rakkomandazzjoni A4 tal-BERS/2012/2 (ABE/GL/2014/04) huma mħassra u sostitwiti b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2020 mil-Linji Gwida tal-ABE dwar definizzjonijiet u mudelli armonizzati għall-pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Diċembru 2012 (BERS/2012/2) (5) (minn hawn’ il quddiem il-“Linji Gwida tal-ABE tal-2019”). |
(4) |
Għall-fini esklussiv tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti fuqu bl-Artikoli 4(1) u (2) u 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE jitqies, kif xieraq, bħala l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nominata fl-Istati Membri parteċipanti kif stabbilit mid-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, il-BĊE huwa fost id-destinatarji tal-Linji Gwida tal-ABE tal-2019. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-ABE dwar ir-rapportar superviżorju mill-awtoritajiet kompetenti lill-ABE (ABE /DC/2020/334) (6), li tħassar id-Deċiżjoni tal-ABE tat-23 ta’ Settembru 2015 (ABE/DC/2015/130), tirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jissottomettu dejta dwar il-pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha taħt il-mandat superviżorju tagħhom skont il-Linji Gwida tal-ABE tal-2019. Barra minn hekk, dik id-Deċiżjoni tal-ABE tikklassifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha jew bħala “l-Akbar Istituzzjonijiet fl-Istat Membru” jew “Istituzzjonijiet Iżgħar” għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dati ta’ sottomissjoni tad-dejta mitluba mill-awtoritajiet kompetenti lill-ABE . Huwa xieraq li l-BĊE jieħu kont ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet. |
(6) |
Sabiex ir-rapportar lill-BĊE mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiġi allinjat mad-definizzjonijiet u mudelli armonizzati l-iżjed riċenti skont il-Linji Gwida tal-ABE tal-2019, u biex tiġi żgurata l-konformità mad-Deċiżjoni tal-ABE ABE/DC/2020/334, id-Deċiżjoni (UE) 2017/1198 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2017/1198 (BĊE/2017/21)
Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1198 (BĊE/2017/21) hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Rekwiżiti għal rapportar ta' pjanijiet ta' finanzjament 1. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jipprovdu lill-BĊE l-pjanijiet ta’ finanzjament li huma konformi mal-Linji Gwida tal-ABE dwar definizzjonijiet u mudelli armonizzati għall-pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Diċembru 2012 (BERS/2012/2) (*1) (minn hawn’ il quddiem il-‘Linji Gwida tal-ABE tal-2019’) tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ġejjin li huma stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti rispettivi tagħhom:
2. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jiġbru l-pjanijiet ta' finanzjament ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti li ma hemmx riferiment għalihom fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jipprovdu dawn il-pjanijiet ta’ finanzjament lill-BĊE jekk jikkonformaw mal-Linji Gwida tal-ABE tal-2019. 3. Il-pjanijiet ta' finanzjament għandhom jiġu sottomessi lill-BĊE skont l-istruzzjonijiet u l-mudelli armonizzati msemmija fil-Linji Gwida tal-ABE tal-2019. Il-pjanijiet ta' finanzjament għandu jkollhom data ta' referenza tar-rappurtar tal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel. Meta l-liġijiet nazzjonali jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jirrappurtaw l-informazzjoni finanzjarja tagħhom abbażi ta’ tmiem is-sena ta’ kontabilità tagħhom, li tiddevja minn tmiem is-sena kalendarja, l-aħħar tmiem tas-sena ta’ kontabilità disponibbli titqies bħala d-data ta’ referenza tar-rapportar. (*1) ABE/GL/2019/05 Disponibbli fuq iis-sit elettroniku tal-ABE”;" |
2. |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Dati ta’ rimessa 1. Il-pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ġejjin għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti lill-BĊE sa 12:00 CET tal-10 jum tax-xogħol wara l-15 ta’ Marzu:
2. Il-pjanijiet ta’ finanzjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha mhux imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti lill-BĊE sa 12:00 CET tal-25 jum tax-xogħol wara l-15 ta’ Marzu. (*2) Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-ABE”;" |
3. |
Fl-Artiklu 5, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej: “1. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jagħmlu monitoraġġ u jivvalutaw il-kwalità u l-affidabbiltà tad-dejta li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊE. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom japplikaw ir-regoli ta' validazzjoni rilevanti żviluppati, miżmuma u ppubblikati mill-ABE. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom japplikaw ukoll il-verifiki addizzjonali tal-kwalità tad-dejta definiti mill-BĊE b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.’; |
4. |
Fl-Artiklu 7, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej: ‘1. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jissottomettu d-dejta speċifikata f’din id-Deċiżjoni bl-użu tal-eXtensible Business Reporting Language taxonomy sabiex jipprovdu format tekniku uniformi għall-iskambju ta’ dejta li tirrigwarda l-Linji Gwida tal-ABE tal-2019.’; |
5. |
L-Artikolu 8a li ġej huwa miżjud: “Artikolu 8a L-ewwel data ta’ referenza tar-rapportar fl-2021 L-ewwel data ta’ referenza għar-rapportar fl-2021 skont l-Artikolu 3 għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2020. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) għandu japplika”. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri partecipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Marzu 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1198 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2017 dwar ir-rapportar ta' pjanijiet ta' finanzjament ta' istituzzjonijiet ta' kreditu minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/21) (ĠU L 172, 5.7.2017, p. 32).
(4) Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-ABE.
(5) ABE/GL/2019/05.
(6) Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-ABE.