5.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2021/390

tal-20 ta’ Frar 2020

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp u fir-riċerka fil-qasam tal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea, f’konformità mad-Direttivi tal-Kunsill tat-3 ta’ Lulju 2009, wettqet negozjati dwar Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp u fir-riċerka fil-qasam tal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari,

(2)

Dawk in-negozjati ġew konklużi b’suċċess,

(3)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim jenħtieġ li tiġi approvata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp u fir-riċerka fil-qasam tal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari, hija b’dan approvata (*1).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

B. DIVJAK


(*1)  Ftehim ippubblikat fil-ĠU L 440, 30.12.2020, p. 1.