19.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/33


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/262

tas-17 ta’ Frar 2021

li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerta nefqa mġarrba mir-Renju Unit fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG)

(notifikata id-dokument C(2021) 895)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52 tiegħu, flimkien mal-Artikoli 131 u 138 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lir-Renju Unit ir-riżultati ta’ dawk il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti pprovduti mir-Renju Unit, tibda diskussjoni bilaterali sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim u tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha lir-Renju Unit.

(2)

Ir-Renju Unit kellu l-opportunità jitlob li titnieda proċedura ta’ konċiljazzjoni, iżda ma talabhiex.

(3)

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, tista’ tiġi ffinanzjata biss nefqa agrikola li tkun iġġarrbet b’tali mod li ma jkunx inkiser id-dritt tal-Unjoni.

(4)

Fid-dawl tal-verifiki li twettqu u tal-eżitu tad-diskussjoni bilaterali, parti min-nefqa li ddikjara r-Renju Unit ma tissodisfax dan ir-rekwiżit, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata fil-qafas tal-FAEG.

(5)

Jenħtieġ li jiġu indikati l-ammonti li mhumiex rikonoxxuti bħala ammonti li jistgħu jitħallsu mill-FAEG. Dawk l-ammonti mhumiex marbutin man-nefqa mġarrba aktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki lir-Renju Unit.

(6)

Jenħtieġ li l-ammonti esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni skont din id-Deċiżjoni jqisu wkoll kull tnaqqis jew sospensjoni f’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 minħabba li tali tnaqqis jew sospensjonijiet huma ta’ natura provviżorja u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jittieħdu skont l-Artikoli 51 jew 52 ta’ dak ir-Regolament.

(7)

Rigward il-każijiet koperti minn din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju Unit dwar il-valutazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni, permezz ta’ rapport ta’ sinteżi li nħareġ dwar is-suġġett (2).

(8)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tasal għalihom il-Kummissjoni abbażi tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’kawżi pendenti fil-31 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti stabbiliti fl-Anness li huma marbutin man-nefqa li ġarrbu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tar-Renju Unit u li ġew iddikjarati fil-qafas tal-FAEG għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ares(2021)582569.


ANNESS

Partita tal-Baġit: 6200

Stat Membru

Miżura

SF

Raġuni

Tip

% ta’ Korrezzjoni

Munita

Ammont

Tnaqqis

Impatt Finanzjarju

Ir-Renju Unit

Frott u Ħxejjex - Programmi Operazzjonali inkluż l-irtirar

2017

Defiċjenzi fil-kontrolli ewlenin: 1) “It-twettiq xieraq tal-verifiki amministrattivi sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà tal-OPs u tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna”, 2) “It-twettiq ta’ OTSCs ta’ kwalità suffiċjenti fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna”.

RATA FISSA

5,00%

EUR

-1 375 416,17

0,00

-1 375 416,17

 

Frott u Ħxejjex - Programmi Operazzjonali inkluż l-irtirar

2018

Defiċjenzi fil-kontrolli ewlenin: 1) “It-twettiq xieraq tal-verifiki amministrattivi sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà tal-OPs u tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna”, 2) “It-twettiq ta’ OTSCs ta’ kwalità suffiċjenti fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna”.

RATA FISSA

5,00%

EUR

-1 927 603,62

0,00

-1 927 603,62

 

Frott u Ħxejjex - Programmi Operazzjonali inkluż l-irtirar

2019

Defiċjenzi fil-kontrolli ewlenin: 1) “It-twettiq xieraq tal-verifiki amministrattivi sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà tal-OPs u tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna”, 2) “It-twettiq ta’ OTSCs ta’ kwalità suffiċjenti fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna”.

RATA FISSA

5,00%

EUR

-1 866 379,21

0,00

-1 866 379,21

 

Frott u Ħxejjex - Programmi Operazzjonali inkluż l-irtirar

2020

Defiċjenzi fil-kontrolli ewlenin: 1) “It-twettiq xieraq tal-verifiki amministrattivi sabiex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà tal-OPs u tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna”, 2) “It-twettiq ta’ OTSCs ta’ kwalità suffiċjenti fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna”.

RATA FISSA

5,00%

EUR

- 663 480,23

0,00

- 663 480,23

 

 

 

 

 

Total għar-Renju Unit:

EUR

-5 832 879,23

0,00

-5 832 879,23


Munita

Ammont

Tnaqqis

Impatt Finanzjarju

EUR

-5 832 879,23

0,00

-5 832 879,23