3.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/93


DEĊIŻJONI (UE) [2021/124] TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Jannar 2021

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2021/3)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (1);

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 1(4) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510, (BĊE/2014/60), il-Kunsill Governattiv jista', f'kull ħin, jibdel l-għodda, l-istrumenti, ir-rekwiżiti, il-kriterji u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(2)

Fit-22 ta’ Lulju 2019, sabiex iwettaq il-mandat tiegħu għall-istabbiltà tal-prezzijiet u sabiex jippreserva kundizzjonijiet ta’ tislif bankarju favorevoli u jappoġġa l-pożizzjoni aġevolanti tal-politika monetarja fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/21) (2). Din id-Deċiżjoni tipprovdi għat-tielet sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs-III) li għandhom jitwettqu matul il-perijodu minn Settembru 2019 sa Marzu 2021.

(3)

Fit-12 ta’ Marzu 2020, sabiex jappoġġa t-tislif bankarju lil dawk l-aktar milquta mit-tixrid tal-marda tal-coronavirus (COVID-19), b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jbiddel ċerti parametri ewlenin tat-TLTROs-III. Barra minn hekk, fit-30 ta’ April 2020, sabiex ikompli jappoġġa l-għoti ta’ kreditu lil unitajiet domestiċi u ditti quddiem it-tfixkil ekonomiku prevalenti u ż-żieda fl-inċertezza, il-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar xi bidliet ulterjuri għal dawn il-parametri. Id-Deċiżjoni (UE) 2020/407 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/13) (3) u d-Deċiżjoni (UE) 2020/614 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/25) (4) jimplimentaw dawn il-bidliet.

(4)

Fl-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jadotta miżuri addizzjonali ta’ politika monetarja bil-għan li jikkontribwixxi għall-preservazzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli matul il-perijodu tal-pandemija, u b’hekk jappoġġa l-fluss tal-kreditu lis-setturi kollha tal-ekonomija, filwaqt li jirfed l-attività ekonomika u jissalvagwardja l-istabbiltà tal-prezzijiet fuq terminu medju. Bħala parti minn dawn il-miżuri, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jikkalibra iktar mill-ġdid il-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III. B’mod partikolari, huwa ddeċieda li jestendi l-perijodu li matulu se japplikaw termini konsiderevolment aktar favorevoli sa Ġunju 2022, li tliet operazzjonijiet addizzjonali se jitwettqu bejn Ġunju u Diċembru 2021, u li jżid l-ammont totali li l-kontropartijiet tal-Eurosistema se jkunu intitolati jissellfu fit-TLTROs-III minn 50 fil-mija għal 55 fil-mija tal-istokk tagħhom ta’ selfiet eliġibbli. Sabiex jipprovdi inċentiv għall-banek biex isostnu l-livell attwali ta’ tislif bankarju, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li l-estensjoni tat-termini aktar favorevoli fuq it-TLTROs-III sa Ġunju 2022 se tkun disponibbli biss għall-banek li jiksbu mira ġdida tal-prestazzjoni tat-tislif.

(5)

Il-Kunsill Governattiv iqis il-firxa sħiħa ta’ miżuri adottati fl-10 ta’ Diċembru 2020 bħala neċessarji u proporzjonati biex jiġu miġġielda r-riskji serji għall-istabbiltà tal-prezzijiet, għall-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja u għall-perspettiva ekonomika fiż-żona tal-euro, li qegħdin ikunu kkawżati mill-kundizzjonijiet severi kontinwi tal-pandemija. Il-Kunsill Governattiv jibqa’ tal-fehma li l-kalibrazzjoni mill-ġdid ta’ ċerti parametri tat-TLTROs-III riflessa f’din id-Deċiżjoni hija inċentiv għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex isostnu l-livell attwali ta’ tislif u tgħin biex jiġu ppreservati l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament attraenti ħafna li fix-xhur li għaddew appoġġaw il-fluss ta’ kreditu għall-ekonomija reali, anki fi żmien ta’ stress għoli. Il-Kunsill Governattiv iqis ukoll li l-kalibrazzjoni mill-ġdid tal-parametri tat-TLTROs-III hija l-iktar għodda xierqa u adattata biex tgħin lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiżguraw il-likwidità meħtieġa sabiex jestendu selfiet lill-unitajiet domestiċi u lid-ditti fuq termini favorevoli ħafna matul il-perijodu tal-pandemija, bl-iskop li jitwettaq il-mandat għall-istabbiltà tal-prezzijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew. Għalhekk, il-Kunsill Governattiv jibqa’ lest biex jaġġusta l-istrumenti kollha tiegħu, kif ikun xieraq, biex jiżgura li l-inflazzjoni tersaq lejn l-għan tiegħu b’mod sostnut, skont l-impenn tiegħu għas-simetrija.

(6)

Sabiex ikun jista’ jsir ċaqliq minn TLTROs-III diġà pendenti għall-operazzjonijiet addizzjonali li għadhom kemm tħabbru minn Settembru 2021, l-iskadenzi tan-notifika ta’ ħlas lura bikri tressqu ’l quddiem b’ġimgħa, sabiex l-ammonti li għandhom jitħallsu lura taħt il-proċedura tal-ħlas lura bikri jkunu jistgħu jitqiesu għall-kalkolu tal-limiti tal-offerta.

(7)

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jmexxu gruppi tat-TLTRO-III li biħsiebhom jipparteċipaw fis-seba’ TLTRO-III għandhom skadenza qasira ħafna li fiha jistgħu japplikaw għar-rikonoxximent tal-grupp jew għal bidliet fi grupp eżistenti. Għal din ir-raġuni, il-bidliet fil-parametri għall-parteċipazzjoni tal-grupp introdotti b’din id-Deċiżjoni jridu jiġu mgħarrfa lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu malajr kemm jista’ jkun. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) jenħtieġ li tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) hija emendata kif ġej:

1.

l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

“punt ta’ riferiment ta’ tislif nett” tfisser l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli li parteċipant jeħtieġ li jaqbeż fit-tieni perijodu ta’ referenza, fil-perijodu ta’ referenza speċjali, jew fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali sabiex jikkwalifika għal rata ta’ imgħax fuq is-self tal-parteċipant li tkun inqas mir-rata inizjali applikata u li tiġi kkalkolata skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u 5 u l-Anness 1, rispettivament;”;

(b)

il-punt (23) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(23)

‘il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva’ tfisser il-perijodu mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiva sat-23 ta’ Ġunju 2020 u l-perijodu mill-24 ta’ Ġunju 2022 sad-data ta’ maturità tagħha jew sad-data tal-ħlas lura bikri tagħha, kif ikun applikabbli, sabiex b’hekk jiġi eskluż il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali u l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali;”;

(c)

jiżdiedu l-punti (26), (27) u (28) li ġejjin:

“(26)

‘perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali’ tfisser il-perijodu mill-24 ta’ Ġunju 2021 sat-23 ta’ Ġunju 2022;

(27)

‘perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali’ tfisser il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021;

(28)

‘riorganizzazzjoni korporattiva’ tfisser fużjoni jew akkwiżizzjoni li tinvolvi parteċipant jew membru tal-grupp tat-TLTRO-III u istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar, jew diviżjoni ta’ parteċipant jew membru tal-grupp tat-TLTRO-III, inkluża diviżjoni li tirriżulta mir-riżoluzzjoni jew mil-likwidazzjoni ta’ parteċipant.”;

2.

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Eurosistema għandha twettaq għaxar TLTROs-III skont kalendarju indikattiv għal TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE.”;

3.

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jipparteċipaw f’TLTROs-III fuq bażi individwali jekk ikunu kontropartijiet eliġibbli biex jaċċessaw operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u jkunu fuq il-lista tal-IFM stabbilita mill-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Kull membru tal-grupp tat-TLTRO-III għandu jkun istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, u għandu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u għandu jkun fuq il-lista tal-IFM stabbilita mill-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:

“5a.   F’każijiet eċċezzjonali, meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jippermetti lill-istituzzjonijiet li diġà pparteċipaw fit-TLTROs-III fuq bażi individwali biex minflok jieħdu sehem f’TLTROs-III futuri fuq bażi ta’ grupp billi jifformaw grupp tat-TLTRO-III”

(d)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Meta l-Kunsill Governattiv ikun aċċetta tibdil fil-kompożizzjoni ta’ grupp tat-TLTRO-III skont il-paragrafu 5, grupp tat-TLTRO-III ġdid ikun ġie fformat skont il-paragrafu 5a, jew tibdil fil-kompożizzjoni ta’ gruppi tat-TLTRO-III ikun seħħ skont il-paragrafu 6, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jkunx iddeċieda mod ieħor, dan li ġej għandu japplika:

(a)

fir-rigward tat-tibdil li għalih japplikaw il-paragrafu 5, il-paragrafu 5a, il-paragrafu 6(b), jew il-paragrafu 6(c) l-istituzzjoni prinċipali tista' tieħu sehem f'TLTRO-III fuq il-bażi tal-kompożizzjoni l-ġdida tal-grupp tat-TLTRO-III tagħha biss wara li tkun kisbet konferma mill-BĊN tagħha li l-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-III ġiet rrikonoxxuta; u

(b)

istituzzjoni li ma għadhiex membru ta’ grupp tat-TLTRO-III ma għandhiex tieħu sehem f'xi TLTRO-III oħrajn la b’mod individwali u lanqas bħala membru ta’ grupp ieħor tat-TLTRO-III, sakemm ma tissottomettix applikazzjoni ġdida biex tipparteċipa skont il-paragrafi 1, 3 jew 6.”;

4.

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-limitu fuq is-self ta’ kull parteċipant għandu jkun daqs 55 % tal-ammont pendenti totali ta’ referenza, wara li jitnaqqas kull ammont meħud b’self minn dak il-parteċipant fit-TLTRO-III taħt it-TLTROs-II skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) u pendenti fid-data tas-saldu ta’ TLTRO-III wara li titqies kull notifika legalment vinkolanti għall-ħlas lura bikri sottomessa mill-partiċipant skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10). Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-limitu tal-offerta ta’ kull parteċipant għal kull TLTRO-III għandu jkun daqs il-limitu fuq is-self tiegħu mnaqqas bl-ammonti meħuda b’self taħt TLTROs-III preċedenti, u miżjud bl-ammonti li l-parteċipant ikun ħallas taħt il-proċedura ta’ ħlas lura bikri stabbilita fl-Artikolu 5a jew ikun innotifika lill-BĊN rilevanti li biħsiebu jħallas lura b’mod vinkolanti skont il-proċedura ta’ ħlas lura bikri stabbilita fl-Artikolu 5a. L-ammont li jirriżulta għandu jitqies li jirrappreżenta limitu ta’ offerta massima għal kull parteċipant u għandhom japplikaw ir-regoli applikabbli għal offerti li jaqbżu dan il-limitu massimu tal-offerta, kif stipulat fl-Artikolu 36 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Il-kalkoli tekniċi rilevanti huma mfissra fl-Anness I.”;

5.

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Imgħax

1.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b'self taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta’ referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett u li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali jkun inqas mill-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(3a):

(a)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi. Ir-rata tal-imgħax riżultanti ma għandhiex tkun, fi kwalunkwe każ, ogħla minn nieqes 100 punt bażi;

(b)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun l-inqas waħda mir-rati li ġejjin: (i) ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u (ii) ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva; u

(c)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.

2.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta’ referenza speċjali u matul il-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali ikun anqas mill-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett tagħhom iżda li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul it-tieni perijodu ta’ referenza jaqbeż il-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun l-anqas waħda mir-rati li ġejjin: (i) ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi; u (ii) ir-rata tal-imgħax ikkalkolata skont id-devjazzjoni mill-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti, kif stabbilit fil-punt (c);

(b)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun l-inqas waħda mir-rati li ġejjin: (i) ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi; u (ii) ir-rata tal-imgħax ikkalkolata skont id-devjazzjoni mill-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti, kif stabbilit fil-punt (c); u

(c)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun inqas mir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva u tista’ tkun baxxa daqs ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti.

3.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b’self taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul it-tieni perijodu ta’referenza, il-perijodu ta’ referenza speċjali u l-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali ikun inqas mill-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi;

(b)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi; u

(c)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.

3a.   Minkejja l-paragrafi 1 sa 3, ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti mislufa taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett tagħhom għandha tkun ikkalkolata kif ġej, soġġett għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(3b):

(a)

matul il-perijodu sat-23 ta’ Ġunju 2020, ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkolata skont il-paragrafu 1(c), il-paragrafu 2(c) jew il-paragrafu 3(c), skont il-każ;

(b)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkolata skont il-paragrafi 1(a), il-paragrafu 2(a) jew il-paragrafu 3(a), skont il-każ;

(c)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi. Ir-rata tal-imgħax riżultanti ma għandhiex tkun, fi kwalunkwe każ, ogħla minn nieqes 100 punt bażi; u

(d)

matul il-perijodu wara t-23 ta’ Ġunju 2022, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.

3b.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti mislufa taħt it-tmien TLTRO-III jew it-TLTROs-III sussegwenti minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett tagħhom għandha tkun ikkalkolata kif ġej, soġġett għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(3b):

(a)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi. Ir-rata tal-imgħax riżultanti ma għandhiex tkun, fi kwalunkwe każ, ogħla minn nieqes 100 punt bażi; u

(b)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.

3c.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b’self taħt it-tmien TLTRO-III jew it-TLTROs-III sussegwenti minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali jkun inqas mill-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi; u

(b)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.

4.   Aktar dettalji dwar il-kalkoli tar-rati tal-imgħax huma stabbiliti fl-Anness I. Ir-rata tal-imgħax finali u d-data rilevanti dwar il-kalkolu tagħha, għandhom jiġu kkomunikati lill-parteċipanti f’konformità mal-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE.

5.   L-imgħax għandu jitħallas bl-arretrati mal-maturità ta’ kull TLTRO-III jew mal-ħlas lura bikri kif previst fl-Artikolu 5a, skont kif ikun applikabbli.

6.   Jekk, minħabba l-eżerċitar ta’ rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant ikun meħtieġ li jħallas lura l-ammonti pendenti f’waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III qabel ma tiġi kkomunikata d-data dwar l-imgħax relatat mat-tieni perijodu ta’ referenza u mal-perijodu ta’ referenza speċjali lil dak il-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III u soġġetti għal ħlasijiet lura obbligatorji għandha tkun: (a) għall-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi; (b) għall-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi; u (c) għall-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva sad-data li fiha kien meħtieġ li jsir il-ħlas lura mill-BĊN. Jekk dak il-ħlas lura jkun meħtieġ wara li d-data dwar l-imgħax relatat mat-tieni perijodu ta’ referenza u mal-perijodu ta’ referenza speċjali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant iżda qabel ma d-data relatata mar-rata tal-imgħax tal-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III u soġġetti għal ħlasijiet lura obbligatorji għandha tiġi stabbilita skont il-paragrafi 1 sa 3. Jekk tali ħlas lura jkun meħtieġ wara li d-data relatata mar-rata tal-imgħax tal-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti ta’ ħlas lura meħtieġa meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III għandha tiġi stabbilita skont il-paragrafi 1 sa 3a.

Jekk, minħabba l-eżerċitar ta’ rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant ikun meħtieġ li jħallas lura l-ammonti pendenti tat-TLTRO-III fit-tmien TLTRO-III jew f’TLTROs-III sussegwenti qabel ma r-rata tal-imgħax riżultanti għall-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-tmien TLTRO-III jew TLTROs-III sussegwenti għandha tiġi stabbilita skont il-paragrafu 3c. Jekk tali ħlas lura jkun meħtieġ wara li d-data relatata mal-imgħax tal-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti ta’ ħlas lura meħtieġa li jkunu ttieħdu b’self minn dak il-parteċipant taħt it-tmien TLTRO-III jew TLTROs-III sussegwenti għandhom jiġu stabbiliti skont il-paragrafi 3b u 3c.

7.   Jekk il-kontropartijiet iħallsu lura volontarjament ammonti bikrija meħuda b’self f’waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III f’konformità mal-Artikolu 5a qabel ma d-data relatata mal-imgħax tal-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali tkun ġiet ikkomunikata lilhom, ir-rata tal-imgħax għall-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali għandha tiġi kkalkolata skont il-paragrafi 1(b), 2(b) u 3(b).”;

6.

l-Artikolu 5a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għall-ewwel seba’ TLTROs-III, minn Settembru 2021, 12-il xahar wara s-saldu ta’ kull TLTRO-III, il-parteċipanti għandhom, fuq bażi trimestrali, ikollhom l-għażla li jitterminaw jew inaqqsu l-ammont tat-TLTRO-III ikkonċernata, qabel il-maturità. Għat-tmien TLTRO-III jew għal TLTROs-III sussegwenti, il-parteċipanti għandu jkollhom dik l-għażla fuq bażi trimestrali li tibda f’Ġunju 2022.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex jibbenefika mill-proċedura ta’ ħlas lura bikri, parteċipant għandu jinnotifika lill-BĊN rilevanti mill-inqas ġimagħtejn qabel dik id-data ta’ ħlas lura bikri li huwa jkun beħsiebu jħallas lura taħt il-proċedura ta’ ħlas lura bikri fid-data tal-ħlas lura bikri.”;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir vinkolanti fuq il-parteċipant ikkonċernat ġimagħtejn qabel id-data ta’ ħlas lura bikri li għaliha tirreferi. Jekk parteċipant jonqos milli jħallas parti mill-ammont, jew l-ammont sħiħ, dovut taħt il-proċedura ta’ ħlas lura bikri sad-data ta’ ħlas lura, tista’ tiġi imposta penali finanzjarja. Il-penali finanzjarja applikabbli għandha tiġi kkalkolata skont l-Anness VII tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u għandha tikkorrispondi għall-penali finanzjarja applikata għan-nuqqasijiet ta’ konformità mal-obbligi biex jiġi kkollateralizzat b’mod adegwat u saldat l-ammont li l-kontroparti tkun ġiet allokata fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist għal finijiet ta’ politika monetarja. L-impożizzjoni ta’ penali finanzjarja għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊN li jeżerċita r-rimedji pprovduti f’każ ta’ okkorrenza ta’ avveniment ta’ inadempjenza stabbiliti fl-Artikolu 166 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).”;

7.

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Kull parteċipant fit-TLTROs-III għandu jissottometti lill-BĊN rilevanti d-data identifikata fil-mudelli tar-rapportar ipprovduti fl-Anness II kif ġej:

(a)

l-ammont pendenti ta’ referenza għall-finijiet li jiġi stabbilit il-limitu fuq is-self u l-limitu tal-offerta tal-parteċipant, u data dwar l-ewwel perijodu ta’ referenza bl-iskop li jiġu stabbiliti l-punti ta’ riferiment tal-parteċipant (minn hawn ’il quddiem imsejħin l-‘ewwel rapport’);

(b)

data relatata ma’ (i) it-tieni perijodu ta’ referenza u, (ii) b’mod fakultattiv, mal-perijodu ta’ referenza speċjali bl-iskop li jiġu ddeterminati r-rati tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b’self fl-ewwel seba’ TLTROs-III (minn hawn ’il quddiem imsejħa t-‘tieni rapport’); u

(c)

data relatata mal-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali, bl-iskop li jiġu ddeterminati r-rati tal-imgħax applikabbli (minn hawn ’il quddiem imsejħa t-‘tielet rapport’’).

Minkejja s-sentenza preċedenti, il-parteċipanti li jipparteċipaw għall-ewwel darba fit-tmien TLTRO-III jew f’dawk sussegwenti għandhom jissottomettu lill-BĊN rilevanti (i) l-ewwel rapport u (ii) it-tielet rapport.”;

(b)

il-paragrafu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3a.   Il-parteċipanti li jkunu beħsiebhom jieħdu vantaġġ mir-rati tal-imgħax stabbiliti fl-Artikolu 5(1) għandhom jeżerċitaw din l-għażla billi jipprovdu separatament, fit-tieni rapport, id-data relatata mal-perijodu ta’ referenza speċjali, kif ukoll ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur ta’ din id-data skont l-Artikolu 6(6)(b). Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self mill-parteċipanti għandha tiġi kkalkolata skont l-Artikoli 5(2), 5(3) jew 5(3a). Ma għandhomx japplikaw sanzjonijiet jekk ma tintbagħatx id-data relatata mal-perijodu ta’ referenza speċjali u/jew ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur rispettiva tiegħu.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu 3b li ġej:

“3b.   Il-parteċipanti li beħsiebhom jieħdu vantaġġ mir-rati tal-imgħax stabbiliti fl-Artikoli 5(3a) u 5(3b) għandhom jipprovdu separatament, fit-tielet rapport, id-data relatata mal-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali, kif ukoll ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur ta’ din id-data skont il-paragrafu 6(bb) ta’ dan l-Artikolu. Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self mill-parteċipanti għandha tiġi kkalkolata skont l-Artikoli 5(1), 5(2), 5(3) u 5(3c).”;

(d)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Kull parteċipant għandu jiżgura li l-kwalità tad-data ppreżentata skont il-paragrafi 1 sa 3b tiġi evalwata minn awditur estern f’konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

l-evalwazzjoni tal-awditur tal-ewwel rapport għandha tkun magħmula disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit web tal-BĊE;

(a)

ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur fir-rigward tat-tieni rapport għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE;

(bb)

ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur fir-rigward tat-tielet rapport għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE;

(c)

l-evalwazzjonijiet tal-awditur għandhom jiffokaw fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3a, 3b u 4. B’mod partikolari, l-awditur għandu:

(i)

jevalwa l-akkuratezza tad-data pprovduta billi jivverifika li s-sett ta’ selfiet eliġibbli tal-parteċipant inkluż, fil-każ ta’ istituzzjoni ewlenija, is-selfiet eliġibbli tal-membri tal-grupp tat-TLTRO-III tagħha, jissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà;

(ii)

jivverifika li d-data rapportata tikkonforma mal-linji gwida speċifikati fl-Anness II u mal-kunċetti introdotti permezz tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);

(iii)

jivverifika li d-data rapportata hija konsistenti mad-data miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33);

(iv)

jivverifika jekk hemmx fis-seħħ kontrolli u proċeduri għall-validazzjoni tal-integrità, l-akkuratezza u l-konsistenza tad-data; u

(v)

fir-rigward tal-partiti supplimentari, jiżgura, permezz ta’ proċedura ta’ interazzjoni ta’ assigurazzjoni pożittiva, jiġifieri proċedura li tiċċertifika li d-data rapportata hija preċiża u rilevanti, li selfiet eliġibbli awtotitolizzati inklużi għall-fini tal-kalkolu tal-ammont pendenti ta’ referenza ta’ parteċipant jikkorrispondu għat-titoli garantiti b’assi rilevanti li huma miżmuma 100 % mill-parteċipant rispettiv jew mill-membru tal-grupp tat-TLTRO-III li jkun oriġina s-selfiet eliġibbli awtotitolizzati.

Fil-każ ta’ parteċipazzjoni fuq bażi ta’ grupp, ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-awditur għandhom jiġu kondiviżi mal-BĊNi tal-membri l-oħrajn tal-grupp tat-TLTRO-III. Fuq talba tal-BĊN tal-parteċipant, ir-riżultati dettaljati tal-evalwazzjonijiet li jsiru skont dan il-paragrafu għandhom jiġu pprovduti lil dak il-BĊN u, fil-każ ta’ parteċipazzjoni tal-grupp, sussegwentement għandhom jiġu kondiviżi mal-BĊNi tal-membri tal-grupp.

(d)

l-evalwazzjonijiet tal-awditur għandhom jinkludu mill-inqas dawn l-elementi li ġejjin:

(i)

it-tip ta’ proċedura ta’ awditjar applikat;

(ii)

il-perijodu kopert mill-awditu;

(iii)

id-dokumentazzjoni analizzata;

(iv)

deskrizzjoni tal-metodi segwiti mill-awdituri sabiex iwettqu l-kompiti deskritti fil-punt (c);

(v)

fejn applikabbli, l-identifikaturi (kodiċijiet FVC u/jew LEIs, kif applikabbli, ta’ kull veikolu ta’ titolizzazzjoni li jżomm is-selfiet eliġibbli awtotitolizzati msemmija fil-paragrafu (c)(v), u l-kodiċi IFM tal-parteċipant jew tal-membru tal-grupp tat-TLTRO-III li jkun oriġina s-selfiet eliġibbli awtotitolizzati;

(vi)

il-korrezzjonijiet magħmula, jekk ikun hemm, wara li jiġu applikati l-metodi deskritti fil-punt (iv);

(vii)

konferma li d-data inkluża fil-mudelli tar-rapportar hija konformi mal-informazzjoni li tinsab fis-sistemi interni tal-parteċipanti; u

(viii)

osservazzjonijiet jew valutazzjoni finali bħala riżultat tal-awditjar estern.

L-Eurosistema tista’ tipprovdi gwida ulterjuri fuq il-mod kif għandha ssir l-evalwazzjoni tal-awditur, f'liema każ il-parteċipanti għandhom jiżguraw li dik il-gwida tiġi applikata mill-awdituri fl-evalwazzjoni tagħhom;”

(e)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Soġġett għall-paragrafu 8, wara bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-III jew riorganizzazzjoni korporattiva li taffettwa s-sett tas-selfiet eliġibbli tal-partiċipant, l-ewwel rapport għandu jiġi rivedut u ppreżentat skont l-istruzzjonijiet riċevuti mill-BĊN tal-parteċipant, u kif ġej.

(a)

Meta bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-III jew riorganizzazzjoni korporattiva sseħħ qabel il-31 ta’ Marzu 2021, għandha tiġi ppreżentata reviżjoni tal-ewwel rapport sal-iskadenza speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE għat-TLTRO-III ta’ wara l-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-III jew ir-riorganizzazzjoni korporattiva;

(b)

Meta bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-III jew riorganizzazzjoni korporattiva sseħħ bejn l-1 ta’ April 2021 u l-iskadenza għall-istituzzjonijiet prinċipali sabiex japplikaw mal-BĊN lokali tagħhom għal rikonoxximent tal-bidliet fil-kompożizzjonijiet ta’ grupp tat-TLTRO-III speċifikata għall-aħħar TLTRO-III fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE, għandha tiġi ppreżentata reviżjoni tal-ewwel rapport sal-iskadenza speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE għat-TLTRO-III ta’ wara l-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-III jew ir-riorganizzazzjoni korporattiva;

(c)

Meta bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-III jew riorganizzazzjoni korporattiva sseħħ bejn l-iskadenza għall-istituzzjonijiet prinċipali sabiex japplikaw mal-BĊN lokali tagħhom għal rikonoxximent tal-bidliet fil-kompożizzjonijiet ta’ grupp tat-TLTRO-III speċifikata għall-aħħar TLTRO-III fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE u l-31 ta’ Diċembru 2021, għandha tiġi ppreżentata reviżjoni tal-ewwel rapport sal-iskadenza għar-riżultat tal-evalwazzjoni tal-awditur tal-ewwel rapport speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE għal dawk li jkunu qegħdin jipparteċipaw għall-ewwel darba f’waħda mit-tmien TLTRO-III jew f’TLTROs-III sussegwenti.

Il-BĊN rilevanti għandu jivvaluta l-impatt tar-reviżjoni u jieħu azzjoni xierqa. Din l-azzjoni tista’ tinkludi rekwiżit biex jitħallsu lura ammonti meħuda b’self li, meta titqies il-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp tat-TLTRO-III jew ir-riorganizzazzjoni korporattiva, jaqbżu l-limitu fuq is-self rilevanti. Il-parteċipant ikkonċernat, li jista’ jinkludi entità ġdida stabbilita wara r-riorganizzazzjoni korporattiva, għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN rilevanti biex tgħin fil-valutazzjoni tal-impatt tar-reviżjoni.”;

(f)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   B'eċċezzjoni mill-paragrafu 7, reviżjoni tal-ewwel rapport ma għandhiex tkun meħtieġa, iżda l-impatt rilevanti fuq selfiet eliġibbli jista’ minflok jiġi rreġistrat bħala aġġustament fit-tieni rapport jew fit-tielet rapport, skont kif xieraq, f'każijiet fejn:

(a)

ir-riorganizzazzjoni korporattiva tinvolvi istituzzjonijiet li, qabel ir-riorganizzazzjoni korporattiva, kienu soġġetti għal miżuri superviżorji jew ta’ riżoluzzjoni u dawn il-miżuri, kif ikkonfermat mill-BĊN rilevanti, fil-fatt xekklu l-kapaċità tagħhom li jsellfu matul mill-inqas nofs it-tieni perijodu ta’ referenza jew matul mill-inqas nofs il-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali rispettivament;

(b)

ir-riorganizzazzjoni korporattiva tinvolvi akkwiżizzjoni jew minn parteċipant jew minn membru tal-grupp tat-TLTRO-III ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li la hija parteċipant u lanqas membru tal-grupp tat-TLTRO-III li tlestiet fl-aħħar sitt xhur tal-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali; jew

(c)

il-BĊN rilevanti jivvaluta li l-impatt tal-bidla fil-kompożizzjoni tal-grupp jew ir-riorganizzazzjoni korporattiva ma teħtieġx reviżjoni tal-ewwel rapport.

Fejn japplikaw il-punt (b) jew (c), il-parteċipanti jistgħu jagħżlu li jirrevedu l-ewwel rapport sabiex jitqiesu r-riorganizzazzjonijiet korporattivi.”;

(g)

jiddaħħal il-paragrafu 8a li ġej:

“8a.   Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-kwalità tad-data ppreżentata fl-ewwel rapporti riveduti meħtieġa skont il-paragrafu 7 tiġi evalwata minn awditur estern skont ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 6. Dawn l-evalwazzjonijiet tal-awditur għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fis-sit web tal-BĊE.”;

8.

l-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ rapportar

1.   Meta parteċipant jonqos milli jirrapporta jew jikkonforma mar-rekwiżiti tal-awditu, jew fejn jiġu identifikati żbalji fid-data rapportata, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

Jekk parteċipant jonqos milli jagħmel l-ewwel rapport disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti, il-limitu fuq is-self tiegħu għandu jiġi stabbilit għal żero.

(b)

Jekk parteċipant jonqos milli jagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur tal-ewwel rapport disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE, il-parteċipant għandu jħallas lura l-ammonti kollha pendenti meħuda b’self taħt it-TLTRO-III fil-jum tas-saldu tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament li jmiss bir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul il-ħajja ta’ kull TLTRO-III rispettiva sad-data ta’ saldu tal-ħlas lura, ħlief matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, u l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, meta għandha tapplika r-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tul kull wieħed minn tali perijodi nieqes 50 punt bażi.

(c)

Jekk participant f’waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III jonqos milli jagħmel id-data relatata mat-tieni perijodu ta’ referenza fit-tieni rapport disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti, ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul il-ħajja ta’ kull TLTRO-III rispettiva għandha tapplika għall-ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III, ħlief matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, u l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, meta għandha tapplika r-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tul kull wieħed minn tali perijodi nieqes 50 punt bażi. Minkejja s-sentenza preċedenti, jekk il-parteċipant jipprovdi biss id-data għall-perijodu ta’ referenza speċjali tat-tieni rapport, u l-evalwazzjoni mill-awditur ta’ din id-data u t-tislif nett eliġibbli tal-parteċipant matul il-perijodu ta’ referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self mill-parteċipant għandha tiġi kkalkolata skont l-Artikolu 5(1) jew l-Artikolu 5(3a) soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3a) u l-Artikolu 6(3b) rispettivament. Il-parteċipant għandu wkoll jeħel penali ta’ kuljum ta’ EUR 500 sa massimu ta’ EUR 15 000 sakemm jippreżenta t-tieni rapport. Il-penali għandha takkumula u jintalab il-ħlas tagħha malli l-BĊN rilevanti jirċievi t-tieni rapport jew meta l-penali massima tkun intlaħqet jekk it-tieni rapport ikun għadu ma wasalx sa dak iż-żmien.

(d)

Jekk participant f’waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III jonqos milli jagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur ta’ data relatata mat-tieni perijodu ta’ referenza fit-tieni rapport disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE, ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiva għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III, ħlief matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali u l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, meta għandha tapplika r-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq kull tali perijodu nieqes 50 punt bażi. Minkejja s-sentenza preċedenti, jekk il-parteċipant jipprovdi biss id-data għall-perijodu ta’ referenza speċjali tat-tieni rapport u l-evalwazzjoni mill-awditur ta’ din id-data, u t-tislif nett eliġibbli tal-parteċipant matul il-perijodu ta’ referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett tiegħu, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self mill-parteċipant għandha tiġi kkalkolata skont l-Artikolu 5(1) jew l-Artikolu 5(3a) soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3a) u l-Artikolu 6(3b) rispettivament.

(e)

Jekk parteċipant f’waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III jonqos milli jagħmel id-data relatata mal-perijodu ta’ referenza speċjali jew ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur tad-data relatata mal-perijodu ta’ referenza speċjali fit-tieni rapport disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE, it-tislif nett eliġibbli tiegħu matul il-perijodu ta’ referenza speċjali għandu jitqies bħala inqas mill-punt ta’ riferiment tiegħu ta’ self nett u l-parteċipant ma jistax jieħu vantaġġ mir-rata tal-imgħax stabbilita fl-Artikolu 5(1).

(f)

Jekk parteċipant f’waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III jonqos milli jagħmel it-tielet rapport disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE, ir-rata tal-imgħax ikkalkolata skont l-Artikolu 5(1)(b), 5(2)(b) jew 5(3)(b) għandha tapplika matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali għall-ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant skont dawk it-TLTROs-III, filwaqt li matul il-perijodu wara l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata għandha tiġi kkalkulata skont l-Artikoli 5(1)(c), 5(2)(c) jew 5(3)(c). Jekk parteċipant fit-tmien TLTRO-III jew fit-TLTROs-III sussegwenti jonqos milli jagħmel it-tielet rapport disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti, ir-rata tal-imgħax fuq l-ammonti meħuda b’self mill-parteċipant fit-TLTRO-III f’dawk it-TLTROs-III għandha tiġi kkalkolata skont l-Artikolu 5(3c). F’kull wieħed mill-każijiet stabbiliti f’dan il-punt, il-parteċipant għandu jeħel ukoll penali ta’ kuljum ta’ EUR 500 sa massimu ta’ EUR 15 000 sakemm jiġi ppreżentat it-tielet rapport. Il-penali għandha takkumula u jintalab il-ħlas tagħha malli l-BĊN rilevanti jirċievi t-tielet rapport jew meta l-penali massima tkun intlaħqet jekk it-tielet rapport ikun għadu ma wasalx sa dak iż-żmien.

(g)

Jekk parteċipant f’waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III jonqos milli jagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur tad-data dwar it-tielet rapport disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE, ir-rata tal-imgħax matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali u matul il-perijodu wara l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali sal-maturità jew il-ħlas lura bikri għandha tiġi kkalkulata skont l-Artikoli 5(1), 5(2) jew 5(3). Jekk parteċipant fit-tmien TLTRO-III jew fit-TLTROs-III sussegwenti jonqos milli jagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur tad-data dwar it-tielet rapport disponibbli għall-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE, ir-rata tal-imgħax fuq l-ammonti meħuda b’self mill-parteċipant fit-TLTRO-III f’dawk it-TLTROs-III għandha tiġi kkalkolata skont l-Artikolu 5(3c).

(h)

Jekk parteċipant jonqos b’mod ieħor milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(6), (7) jew (8a), ir-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul il-ħajja ta’ kull TLTRO-III rispettiva għandha tapplika għall-ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III, ħlief matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali u l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali meta għandha tapplika r-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament nieqes 50 punt bażi matul kull wieħed minn tali perijodi.

(i)

Jekk parteċipant, jew fir-rigward tal-awditu msemmi fl-Artikolu 6(6) u 6(8a) jew b’xi mod ieħor, jidentifika żbalji fid-data ppreżentata fir-rapporti, inklużi ineżattezzi jew inkompletezza, huwa għandu jinnotifika lill-BĊN rilevanti bihom fl-iqsar żmien possibbli. Meta l-BĊN rilevanti jkun ġie nnotifkat b’dawn l-iżbalji, ineżattezzi jew ommissjonijiet, jew fejn dawn l-iżbalji, ineżattezzi jew ommissjonijiet jaslu għall-attenzjoni tiegħu mod ieħor: (i) il-parteċipant għandu jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali mitluba mill-BĊN rilevanti fl-iqsar żmien possibbli biex jgħin fil-valutazzjoni tal-impatt tal-iżbalji, l-ineżattezzi jew l-ommissjonijiet ikkonċernati; u (ii) il-BĊN rilevanti jista’ jieħu l-azzjoni xierqa, li tista’ tinkludi kalkolu mill-ġdid tal-valuri rilevanti li, min-naħa tagħhom jistgħu jaffettwaw ir-rata tal-imgħax applikata għat-teħid b'self tal-parteċipant taħt it-TLTROs-III u rekwiżit għall-ħlas lura tal-ammonti meħuda b'self li, minħabba żball, ineżattezza jew ommissjoni jaqbżu l-limitu fuq is-self tal-parteċipant. Il-parteċipanti għandhom juru li kwalunkwe nuqqas identifikat mill-awditu msemmi fl-Artikoli 6(6) u 6(8a) ġie indirizzat fid-data rrapportata lill-BĊNi skont l-iskeda ta’ żmien mitluba mill-BĊN rilevanti u, fejn jiġu identifikati nuqqasijiet mill-evalwazzjoni tal-awditur tat-tieni rapport jew tat-tielet rapport, sa skadenza li tippermetti l-komunikazzjoni f’waqtha tar-rati tal-imgħax mill-BĊN rilevanti bbażata fuq id-data rispettiva skont il-kalendarju indikattiv fuq is-sit web tal-BĊE.

2.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe sanzjoni li tista' tiġi imposta skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*1) fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

3.   Biex jiġi evitat kull dubju, ir-rekwiżiti ta’ rapportar u s-sanzjonijiet relatati f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk il-parteċipant jipparteċipa f’TLTRO-III.

(*1)  Id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Awwissu 2010 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rappurtar tal-istatistika (ĠU L 226, 28.8.2010, p. 48).”;"

9.   L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 29 ta’ Jannar 2021

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Lulju 2019 dwar it-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21) (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 100).

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/407 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/13) (ĠU L 80, 17.3.2020, p. 23).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/614 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/25) (ĠU L 141, 5.5.2020, p. 28).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tielet paragrafu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“II-limitu fuq is-self huwa 55 % tal-ammont pendenti ta’ referenza relatat mal-parteċipant (*1) nieqes l-ammonti meħuda b’self mill-parteċipant fl-operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) (TLTROs-II) u pendenti fid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiva, jew żero jekk tali ammont huwa negattiv, jiġifieri:

Image 1 għal k = 1,…,10.

(*1)  Referenzi għal “parteċipant” għandhom jinftiehmu li japplikaw għal parteċipanti individwali jew gruppi tat-TLTRO-III.”;"

(b)

ir-raba’ paragrafu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn BAk huwa l-limitu fuq is-self fit-TLTRO-III k (b’k = 1,…,10), ORFeb 2019 huwa l-ammont pendenti ta’ referenza fit-28 ta’ Frar 2019 u OBk huwa l-ammont meħud b'self mill-parteċipant fit-TLTROs-II u pendenti fid-data tas-saldu tat-TLTRO-III k.”;

(c)

il-ħames paragrafu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-limitu tal-offerta applikabbli għal kull parteċipant f’kull TLTRO-III huwa l-limitu fuq is-self tiegħu BAk nieqes l-ammonti meħuda b’self taħt TLTROs-III preċedenti u miżjud bl-ammonti li l-parteċipant ikun ħallas lura taħt il-proċedura ta’ ħlas lura bikri stabbilita fl-Artikolu 5a jew li jkun innotifika lill-BĊN rilevanti b’mod vinkolanti li jkollu l-intenzjoni li jħallas lura taħt il-proċedura ta’ ħlas lura bikri stabbilita fl-Artikolu 5a. Ħalli Ck ≥ 0 ikun is-self ta’ parteċipant f’TLTRO-III k, ħalli Rk ≥ 0 tkun il-ħlas lura volontarju ta’ TLTRO-III, mela Ck BLk fejn BLk huwa l-limitu tal-offerta għal dan il-parteċipant fl-operazzjoni k li hija ddefinita kif ġej:

Image 2

għal k = 2,…,10.”

(d)

It-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   Kalkolu tar-rata tal-imgħax

A.

Ħalli NLSpecial tindika l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli matul il-perijodu ta’ referenza speċjali mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.

NLSpecial = NLMar 2020 + ... + NLMar 2021

B.

Ħalli NLADSpecial tindika l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli matul il-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

NLADSpecial = NLOct 2020 + ... + NLDec 2021

C.

Ħalli NSMar 2021 tindika l-ammont miksub billi jingħaddu flimkien it-tislif nett eliġibbli matul il-perijodu bejn l-1 ta’ April 2019 u l-31 ta’ Marzu 2021 u l-ammont pendenti ta’ selfiet eliġibbli fil-31 ta’ Marzu 2019; dan huwa kkalkolat bħala:

NSMar 2021 = OLMar 2019 + NLApr 2019 + ... + NLMar 2021

Indika issa permezz ta’ EX id-devjazzjoni perċentwali ta’ NSMar 2021 mill-punt ta’ riferiment ta’ ammont pendenti matul il-perijodu bejn l-1 ta’ April 2019 u l-31 ta’ Marzu 2021, jiġifieri,

Image 3

EX se titqarreb sal-eqreb 15-il pożizzjoni deċimali. Fejn OAB huwa żero, EX titqies li hija 1,15.

D.

Ħalli

Image 4

tkun il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (MRO) applikabbli tul il-ħajja tat-TLTRO-III k u espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli

Image 5

tkun il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu (DF) applikabbli tul il-ħajja tat-TLTRO-III k, fejn ir-rata tal-imgħax applikabbli tirreferi għall-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, u espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:Image 6 Image 7

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq nk (għal k=1,…,10) tindika n-numru ta’ jiem tat-TLTRO-III k u fejn l-MRO ssir taħt skema ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa, nk tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, MROk,t tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq DFk,t tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali.

E.

Ħalli kpre tindika l-perijodu mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiva sat-23 ta’ Ġunju 2020, kspecial tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021, kadspecial tindika l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2021 sat-23 ta’ Ġunju 2022, u kpost tindika l-perijodu mill-24 ta’ Ġunju 2022 sal maturità tat-TLTRO-III rispettiva jew sad-data tal-ħlas lura bikri tagħha, kif applikabbli).

Ħalli Image 8 tkun il-medja tar-rata tal-MRO applikabbli matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli Image 9 kun il-medja tar-rata DF applikabbli matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k u f’kull każ espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:

Image 10 Image 11

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Image 12 tindika n-numru ta’ ġranet tal-perijodu kspecial tat-TLTRO-III k u, fejn l-MRO ssir taħt skema ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa, Image 13 tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perijodu kspecial tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, Image 14 tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perijodu kspecial tat-TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Image 15 tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tal-perijodu kspecial tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali.

Ħalli Image 16 tkun il-medja tar-rata tal-MRO applikabbli matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2021 sat-23 ta’ Ġunju 2022 tat-TLTRO-III k espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli Image 17 tkun il-medja tar-rata DF applikabbli matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2021 sat-23 ta’ Ġunju 2022 tat-TLTRO-III k u f’kull każ espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:

Image 18 Image 19

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Image 20 tindika n-numru ta’ ġranet tal-perijodu kadspecial tat-TLTRO-III k u, fejn l-MRO ssir taħt skema ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa, Image 21 tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perijodu kadspecial tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, Image 22 tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perijodu kadspecial of the TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Image 23 tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tal-perijodu kadspecial tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali.

F.

Ħalli l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax, fejn applikabbli, imkejjel bħala frazzjoni tal-kuritur medju bejn

Image 24

u

Image 25

, jiġi indikat iri.

G.

Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ħajja sħiħa tat-TLTRO-III k (rata tal-imgħax finali), espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata rk . Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal perijodu kj, b’ j = pre, special, adspecial jew post, ta’ TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali, tiġi indikata

Image 26

.

H.

Ir-rata tal-imgħax rk hija ddefinita bħala:

Image 27

Fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq Image 28 tindika n-numru ta’ ġranet tal-perijodu kpre tat-TLTRO-III k u Image 29 tindika n-numru ta’ ġranet tal-perijodu kpost tat-TLTRO-III k.

Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal kull TLTRO-III k hija kkalkolata kif ġej:

(1)

Għal ammonti meħuda b'self fl-ewwel seba’ operazzjonijiet, jiġifieri, jekk k = 1,...,7:

(a)

Jekk parteċipant jilħaq jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu ta’ referenza speċjali u fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż nieqes 100 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLSpecial ≥ NLB, mela Image 30;

(ii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż nieqes 100 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLADSpecial ≥ NLB, mela Image 31;

(iii)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk NLSpecial ≥ NLB u NLADSpecial ≥ NLB, mela Image 32.

(b)

Jekk parteċipant jilħaq jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu ta’ referenza speċjali iżda ma jilħaqx jew ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż nieqes 100 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLSpecial ≥ NLB, mela Image 33

(ii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas mill-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri

jekk NLSpecial ≥ NLB u NLADSpecial < NLB, mela Image 34;

(iii)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk NLSpecial ≥ NLB u NLADSpecial < NLB , mela Image 35.

(c)

Jekk parteċipant ma jilħaqx jew ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu ta’ referenza speċjali iżda jilħaq jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali u jaqbeż il-punt ta’ riferiment tiegħu tal-ammont pendenti ta’ selfiet eliġibbli matul it-tieni perijodu ta’ referenza b’mill-inqas 1,15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas mill-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri

jekk NLSpecial < NLB u EX ≥ 1,15, mela iri = 100 % u Image 36;

(ii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż nieqes 100 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLADSpecial ≥ NLB, mela Image 37;

(iii)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial ≥ NLB u EX ≥ 1,15 mela 100 % u Image 38

(d)

Jekk parteċipant ma jilħaqx jew ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu ta’ referenza speċjali, ma jilħaqx jew ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali, iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tiegħu tal-ammont pendenti ta’ selfiet eliġibbli matul it-tieni perijodu ta’ referenza b’mill-inqas 1,15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas mill-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri

jekk NLSpecial < NLB u EX ≥ 1,15, mela iri = 100 % u Image 39;

(ii)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas mill-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri

jekk NLADSpecial < NLB, NLSpecial , < NLB u EX ≥ 1,15, mela iri = 100 % u Image 40;

(iii)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk NLADSpecial < NLB, NLSpecial < NLB and EX ≥ 1,15, mela iri = 100 % u Image 41

(e)

Jekk parteċipant ma jilħaqx jew ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu ta’ referenza speċjali iżda jilħaq jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali u jaqbeż il-punt ta’ riferiment tiegħu tal-ammont pendenti ta’ selfiet eliġibbli matul it-tieni perijodu ta’ referenza b’inqas minn 1,15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiva sat-23 ta’ Ġunju 2020: ir-rata tal-imgħax gradwata b’mod lineari skont il-perċentwal li permezz tiegħu l-parteċipant jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti tiegħu, jiġifieri,

jekk NLSpecial < NLB u 0 < EX < 1,15, mela Image 42 u Image 43;

(ii)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas mill-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u r-rata tal-imgħax ikkalkolata skont il-punt (i), jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB u 0 < EX < 1,15, mela Image 44 u Image 45;

(iii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż nieqes 100 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLADSpecial ≥ NLB, mela Image 46;

(iv)

matul il-perijodu mill-24 ta’ Ġunju 2022 sal-maturità tat-TLTRO-III rispettiva jew sad-data tal-ħlas lura bikri tagħha: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial ≥ NLB u 0 < EX < 1,15 mela Image 47.

(f)

Jekk parteċipant ma jilħaqx jew ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu ta’ referenza speċjali, ma jilħaqx jew ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali, iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tiegħu tal-ammont pendenti ta’ selfiet eliġibbli matul it-tieni perijodu ta’ referenza b’inqas minn 1,15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas mill-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u r-rata tal-imgħax ikkalkolata skont il-punt (iii), jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB u 0 < EX < 1,15, mela Image 48 u Image 49

(ii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas mill-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u r-rata tal-imgħax ikkalkolata skont il-punt (iii), jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial < NLB u 0 < EX < 1,15, mela Image 50 u Image 51;

(iii)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: ir-rata tal-imgħax gradwata b’mod lineari skont il-perċentwal li permezz tiegħu l-parteċipant jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti tiegħu, jiġifieri,

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial < NLB u 0 < EX < 1,15, mela Image 52 u Image 53;

(g)

Jekk parteċipant ma jilħaqx jew ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu ta’ referenza speċjali, ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti fit-tieni perijodu ta’ referenza, iżda jilħaq jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett tiegħu fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiva sat-23 ta’ Ġunju 2020: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB u EX ≤ 0, mela iri 0 % u Image 54

(ii)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB u EX ≤ 0, mela Image 55;

(iii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż nieqes 100 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLADSpecial ≥ NLB, mela Image 56;

(iv)

matul il-perijodu mill-24 ta’ Ġunju 2022 sal-maturità tat-TLTRO-III rispettiva jew sad-data tal-ħlas lura bikri tagħha: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial ≥ NLB u EX ≤ 0, mela Image 57..

(h)

Jekk parteċipant ma jilħaqx jew ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett tiegħu fil-perijodu ta’ referenza speċjali jew fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali u ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tiegħu tal-ammont pendenti fit-tieni perijodu ta’ referenza, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ammonti mislufa minn dak il-parteċipant skont it-TLTROs-III tkun:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB u EX ≤ 0, mela Image 58;

(ii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial < NLB u EX ≤ 0, mela Image 59;

(iii)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial < NLB u EX ≤ 0, mela iri = 0 % u Image 60

(2)

Għal ammonti meħuda b'self fit-tmien TLTRO-III jew f’TLTROs-III sussegwenti, jiġifieri, jekk k = 8, 9 or 10:

(a)

Jekk parteċipant jilħaq jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż nieqes 100 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLADSpecial ≥ NLB, mela Image 61;

(ii)

matul il-perijodu mill-24 ta’ Ġunju 2022 sal-maturità tat-TLTRO-III rispettiva jew sad-data tal-ħlas lura bikri tagħha: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk NLADSpecial ≥ NLB, mela Image 62

(b)

Jekk parteċipant ma jilħaqx jew ma jaqbiżx il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul il-perijodu rispettiv nieqes 50 punt bażi, jiġifieri:

jekk NLADSpecial < NLB, mela Image 63;

(ii)

matul il-perijodu mill-24 ta’ Ġunju 2022 sal-maturità tat-TLTRO-III rispettiva jew sad-data tal-ħlas lura bikri tagħha: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk NLADSpecial < NLB, mela Image 64.

L-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax (iri) huwa espress bi tqarrib sa 15-il pożizzjoni deċimali.

Ir-rati tal-imgħax Image 65 huma espressi bi tqarrib sa 15-il pożizzjoni deċimali.

Ir-rata tal-imgħax finali rk hija espressa bħala rata perċentwali annwali, imqarrba sar-raba’ pożizzjoni deċimali.”

2.

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Taqsima 2, it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu hija sostitwita b’dan li ġej:

“Skont l-Artikolu 6, hemm tliet rapporti tad-data: l-ewwel rapport ikopri data dwar l-ammont pendenti ta’ referenza u data relatata mal-ewwel perijodu ta’ referenza, it-tieni rapport ikopri data relatata mat-tieni perijodu ta’ referenza u b’mod fakultattiv, mal-perijodu ta’ referenza speċjali, u t-tielet rapport ikopri data relatata mal-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali.”;

(b)

fit-Taqsima 2, it-tielet sentenza tat-tielet paragrafu hija sostitwita b’dan li ġej:

“Skont l-Artikolu 5, data dwar it-tislif nett eliġibbli matul il-perijodi ta’ referenza rispettivi rapportati fit-tieni u fit-tielet rapporti tintuża sabiex jiġu vvalutati l-iżviluppi fit-tislif u, konsegwentement, ir-rati tal-imgħax applikabbli.”;

(c)

fit-Taqsima 3, l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-punt (a) hija sostitwita b’dan li ġej:

Hemm tliet rapporti fit-TLTRO-III:”;

(d)

fit-Taqsima 3, l-inċiż li ġej jiddaħħal wara t-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tal-punt (a):

“—

Il-parteċipanti li beħsiebhom jieħdu vantaġġ mir-rati tal-imgħax stabbiliti fl-Artikolu 5(3a) u 5(3b) jeħtiġilhom jipprovdu t-tielet rapport. It-tielet rapport jirrikjedi l-formola tad-data B mimlija għall-‘perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali’, jiġifieri mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tislif nett eliġibbli u l-paraguni mal-punti ta’ riferiment li fuqhom huma bbażati r-rati tal-imgħax applikabbli għall-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali.”;

(e)

fit-Taqsima 3, it-tielet paragrafu tal-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-Mudell B, l-indikaturi marbutin ma’ ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif kienu fi tmiem ix-xahar ta’ qabel ma beda l-perijodu tar-rapportar u fi tmiem il-perijodu tar-rapportar; għalhekk, għall-ewwel perijodu ta' referenza ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif kienu fil-31 ta’ Marzu 2018 u fil-31 ta’ Marzu 2019; għat-tieni perijodu ta’ referenza l-ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif kienu fil-31 ta’ Marzu 2019 u kif ikunu fil-31 ta’ Marzu 2021; għall-perijodu ta’ referenza speċjali l-ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif kienu fid-29 ta’ Frar 2020 u kif ikunu fil-31 ta’ Marzu 2021; għall-perijodu addizzjonali ta’ referenza speċjali l-ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif kienu fit-30 ta’ Settembru 2020 u kif ikunu fil-31 ta’ Diċembru 2021. Min-naħa tagħha, id-data fuq tranżazzjonijiet u aġġustamenti trid tkopri l-effetti rilevanti kollha li jseħħu matul il-perijodu tar-rapportar.”;

(f)

fit-Taqsima 4, l-aħħar sentenza fit-tieni inċiż tal-punt (c)(i) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tar-rapporti tad-data fiż-żewġ każijiet l-implikazzjonijiet huma l-istess u d-data għandha tiġi rrapportata taħt il-partita 3.1B (u mhux taħt il-partita 3.2C).”;

(g)

il-formola B ta’ rapportar tat-TLTRO-III hija sostitwita bil-formola B li ġejja.

TLTRO-III mudell tar-rapportar B

Image 66

(*1)  Referenzi għal “parteċipant” għandhom jinftiehmu li japplikaw għal parteċipanti individwali jew gruppi tat-TLTRO-III.”;”