|
2.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/1 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/112
tal-25 ta’ Jannar 2021
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1026 (2), il-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-22 ta’ Ġunju 2020, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-korpi konġunti stabbiliti skont il-Ftehim, għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja, talbiet għal konsultazzjonijiet u miżuri għas-sospensjoni tal-obbligi ta’ aċċettazzjoni, kif ukoll għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar l-emendi tal-Annessi għall-Ftehim. |
|
(3) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill, f’isem l-Unjoni, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 20(1) tal-Ftehim (3).
Artikolu 3
1. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt tal-Partijiet stabbilit skont l-Artikolu 11 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”) mill-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u akkumpanjata mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni tal-Istati Membri bħala r-rappreżentanti tagħhom.
2. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Bord ta’ Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 3 tal-Anness 1 tal-Ftehim mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, megħjuna mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni tal-Istati Membri direttament ikkonċernati mill-aġenda għal kull laqgħa.
Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni tista’ tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
tadotta miżuri ta’ salvagwardja f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim; |
|
(b) |
titlob li jsiru konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16(3) tal-Ftehim; |
|
(c) |
tieħu miżuri għas-sospensjoni tal-obbligi ta’ aċċettazzjoni reċiproka u tirrevoka din is-sospensjoni, f’konformità mal-Artikolu 17 tal-Ftehim. |
2. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill biżżejjed minn qabel l-intenzjoni tagħha li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi għall-Annessi għall-Ftehim adottati mill-Kumitat Konġunt f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 11(2) tal-Ftehim sa fejn dawn l-emendi jkunu konsistenti mal-atti legali rilevanti tal-Unjoni, u ma jinvolvu l-ebda modifika tagħhom, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni f’isem l-Unjoni:
|
|
(b) |
il-Kummissjoni tippreżenta l-emendi proposti lill-Kunsill b’mod f’waqtu qabel l-approvazzjoni tagħhom. |
Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri għandu jivvaluta jekk l-emendi proposti jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu.
Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni sakemm għadd ta’ Stati Membri li jirrappreżentaw minoranza li timblokka tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma joġġezzjonawx għalihom. Jekk ikun hemm din il-minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Approvazzjoni tal-15 ta’ Diċembru 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1026 tal-24 ta’ April 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (ĠU L 229, 16.7.2020, p. 1).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.