|
26.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/5 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/60
tat-22 ta’ Jannar 2021
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u mill-qamħirrun modifikat ġenetikament li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1111 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2021)150)
(It-test Olandiż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Frar 2016, f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, Monsanto Europe S.A/N.V., f’isem il-kumpanija Monsanto, l-Istati Uniti, ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands (minn hawn ’il quddiem “l-applikazzjoni”), għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603. L-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, għal użi għajr għall-ikel u għall-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
|
(2) |
Barra minn hekk, l-applikazzjoni kopriet it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti minn 10 sottokombinazzjonijiet tal-ġrajjiet (eventi) ta’ trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603. |
|
(3) |
Erbgħa mis-sottokombinazzjonijiet MON 89034 × NK603, MON 87427 × MON 89034, MON 87427 × NK603 u MON 87427 × MON 89034 × NK603, inklużi fl-applikazzjoni, kienu diġà awtorizzati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 (2). |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Awwissu 2018, Monsanto Europe S.A./N.V. għarrfet lill-Kummissjoni li biddlet il-forma ġuridika tagħha u li biddlet isimha għal Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 5(5) u mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-applikazzjoni kienet tinkludi l-informazzjoni u l-konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Kienet tinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa skont l-Annessi III u IV ta’ dik id-Direttiva u pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformitá mal-Anness VII ta’ dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Fit-8 ta’ Lulju 2019, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) tat opinjoni favorevoli f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (4). L-Awtorità kkonkludiet li l-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603 u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa sikur u ekwivalenti nutrizzjonalment daqs il-komparatur modifikat mhux ġenetikament tiegħu u daqs varjetajiet ta’ referenza ta’ qamħirrum modifikat mhux ġenetikament li ġew ittestjati, f’dak li għandu x’jaqsam mal-effetti potenzjali fuq saħħet il-bniedem, fuq saħħet l-annimali u fuq l-ambjent. |
|
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet li l-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, kif deskritt fl-applikazzjoni, huwa sikur u ekwivalenti nutrizzjonalment daqs il-komparatur modifikat mhux ġenetikament u l-varjetajiet ta’ referenza modifikati mhux ġenetikament li ġew ittestjati. Ma ġie identifikat l-ebda tħassib ġdid għas-sikurezza tas-sottokombinazzjonijiet ivvalutati preċedentement u, għaldaqstant, il-konklużjonijiet preċedenti dwar dawk is-sottokombinazzjoniijiet għadhom validi. Fir-rigward tas-sottokombinazzjonijiet li jifdal, l-Awtorità kkonkludiet li dawn huma mistennija li jkunu sikuri u ekwivalenti nutrizzjonalment daqs il-ġrajjiet (eventi) ta’ trasformazzjoni uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, għas-sottokombinazzjonijiet ivvalutati preċedentement u għall-qamħirrum b’erba’ eventi stack MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603. |
|
(8) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset il-mistoqsijiet u t-tħassib kollu li tqajmu mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif previst fl-Artikoli 6(4) u 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(9) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali li ressaq l-applikant, u li jikkonsisti minn pjan ta’ sorveljanza ġenerali, jaqbel mal-użi maħsuba tal-prodotti. |
|
(10) |
Filwaqt li jitqiesu dawk il-konklużjonijiet, jenħtieġ li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u tal-10 sottokombinazzjonijiet msemmija hawn fuq għall-użi elenkati fl-applikazzjoni. |
|
(11) |
Permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Awwissu 2019, Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li tirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1111, talbet lill-Kummissjoni tħassar dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni u tinkorporaha fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(12) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 titħassar. |
|
(13) |
Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Lulju 2020, Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, għarrfet lill-Kummissjoni li mill-1 ta’ Awwissu 2020, se tbiddel il-forma ġuridika tagħha u li se tbiddel isimha għal Bayer Agriculture BV, il-Belġju. |
|
(14) |
Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Lulju 2020, Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li tirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti, għarrfet lill-Kummissjoni li mill-1 ta’ Awwissu 2020, Monsanto Company, l-Istati Uniti, se tbiddel il-forma ġuridika tagħha u li se tbiddel isimha għal Bayer CropScience LP, l-Istati Uniti. |
|
(15) |
Jenħtieġ li jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull organiżmu modifikat ġenetikament kopert b’din id-Deċiżjoni, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 (5). |
|
(16) |
Għall-prodotti koperti minn din id-Deċiżjoni, ma jidher li hu meħtieġ l-ebda rekwiżit speċifiku tat-tikkettar għajr dawk previsti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-użu ta’ dawk il-prodotti jibqa’ jinżamm fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija b’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li t-tikkettar ta’ dawn il-prodotti koperti minnha, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-ikel, ikollu indikazzjoni ċara li mhumiex maħsuba għall-kultivazzjoni. |
|
(17) |
Jenħtieġ li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jressaq rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u dwar ir-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Jenħtieġ li dawk ir-riżultati jiġu ppreżentati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE (7). |
|
(18) |
L-opinjoni tal-Awtorità ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew ta’ restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq, għall-użu u għall-manipulazzjoni, inkluż rekwiżiti ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq rigward il-konsum tal-ikel u l-għalf li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603 u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu, jew għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjenti u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif previst fl-Artikolu 6(5)(e) u fl-Artikolu 18(5)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf modifikat ġenetikament imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. |
|
(20) |
Din id-Deċiżjoni trid tiġi nnotifikata permezz taċ-Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza lill-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(21) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu. Dan l-att ta’ implimentazzjoni tqies li hu neċessarju u l-President bagħtu lill-kumitat tal-appell għal aktar deliberazzjoni. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Organiżmi modifikati ġenetikament u identifikaturi uniċi
Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.), kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, ġie assenjat l-identifikaturi uniċi li ġejjin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 65/2004:
|
(a) |
l-identifikatur uniku MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603; |
|
(b) |
l-identifikatur uniku MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034 × MIR162; |
|
(c) |
l-identifikatur uniku MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603; |
|
(d) |
l-identifikatur uniku MON-87427-7 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MIR162 × NK603; |
|
(e) |
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × MIR162 × NK603; |
|
(f) |
l-identifikatur uniku MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × MON 89034; |
|
(g) |
l-identifikatur uniku MON-87427-7 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87427 × NK603; |
|
(h) |
l-identifikatur uniku MON-87427-7 × SYN-IR162-4 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MIR162; |
|
(i) |
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 89034 × NK603; |
|
(j) |
l-identifikatur uniku MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 għall-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × MIR162; |
|
(k) |
l-identifikatur uniku SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6 għall-qamħirrum modifikat ġenetikament MIR162 × NK603. |
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:
|
(a) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament kif imsemmi fl-Artikolu 1; |
|
(b) |
għalf li fih, li jikkonsisti jew li huwa prodott mill-qamħirrum modifikat ġenetikament kif imsemmi fl-Artikolu 1; |
|
(c) |
prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament, kif imsemmi fl-Artikolu 1 għal użi għajr dawk previsti fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Artikolu 3
Tikkettar
1. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.
2. Il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament, kif imsemmi fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2.
Artikolu 4
Metodu għad-detezzjoni
Il-metodu stabbilit fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament kif imsemmi fl-Artikolu 1.
Artikolu 5
Monitoraġġ għall-effetti ambjentali
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif stabbilit fil-punt (h) tal-Anness, jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ monitoraġġ, f’konformità mal-format stipulat fid-Deċiżjoni 2009/770/KE.
Artikolu 6
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u tal-għalf modifikati ġenetikament, kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 7
Detentur tal-awtorizzazzjoni
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer CropScience LP, l-Istati Uniti, irrappreżentat fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV, il-Belġju.
Artikolu 8
Tħassir
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1111 b’dan titħassar.
Artikolu 9
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 10
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 tat-3 ta’ Awwissu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6), ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn mill-avvenimenti MON 87427, MON 89034 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 20).
(3) Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).
(4) EFSA GMO Panel (EFSA Panel on Genetically Modified Organisms), 2019. Scientific Opinion on the assessment of genetically modified maize MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603 and subcombinations, for food and feed uses, under Regulation (EC) No 1829/2003 (application EFSA-GMO-NL-2016-131). EFSA Journal 2019;17(7):5734, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5734.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, għal għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1).
ANNESS
(a) Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem |
: |
Bayer CropScience LP |
|
Indirizz |
: |
800 N. Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti tal-Amerka |
Rappreżentata fl-Unjoni minn: Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.
(b) Denominazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti
|
(1) |
ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) kif imsemmi fil-punt (e); |
|
(2) |
għalf li fih, li jikkonsisti jew li huwa prodott mill-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) kif imsemmi fil-punt (e); |
|
(3) |
prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) kif imsemmi fil-punt (e), għal użi għajr dawk previsti fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. |
Il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-87427-7 jesprimi l-ġene CP4 epsps, li jagħtih tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat.
Il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-89Ø34-3 jesprimi l-ġeni cry1A.105 u cry2Ab2, li jagħtuh protezzjoni kontra ċerti pesti lepidotteri.
Il-qamħirrum modifikat ġenetikament SYN-IR162-4 jesprimi l-ġene vip3Aa20, li jagħtuh protezzjoni kontra ċerti pesti lepidotteri. Barra minn hekk, il-kodifikazzjoni tal-ġene pmi għall-proteina PMI ntużat bħala markatur tal-għażla fil-proċess tal-modifika ġenetika.
Il-qamħirrum modifikat ġenetikament MON-ØØ6Ø3-6 jesprimi l-ġeni CP4 epsps u CP4 epsps L214P, li jagħtuh tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat.
(c) Tikkettar
|
(1) |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “isem l-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”; |
|
(2) |
Il-kliem “mhux għal kultivazzjoni” għandu jidher fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum modifikat ġenetikament speċifikat fil-punt (e), bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (b)(1). |
(d) Metodu għad-detezzjoni
|
(1) |
Il-metodi għad-detezzjoni kwantitattivi speċifiċi għall-event huma dawk ivvalidati individwalment għal eventi ta’ qamħirrum modifikat ġenetikament MON-87427-7, MON-89Ø34-3, SYN-IR162-4 u MON-ØØ6Ø3-6 u vverifikati ulterjorament fuq il-qamħirrum MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6. |
|
(2) |
Ivvalidati mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx; |
|
(3) |
Materjal ta’ Referenza: AOCS 0512 (għal MON-87427-7), AOCS 0906 (għal MON-89Ø34-3) u AOCS 1208 (għal SYN-IR162-4) huma aċċessibbli permezz tal-American Oil Chemists Society fuq https://www.aocs.org/crm#maize, u ERM®-BF415 (għal MON-ØØ6Ø3-6) huwa aċċessibbli permezz taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fuq https://ec.europa.eu/jrc/en/reference-materials/catalogue. |
(e) Identifikaturi uniċi
MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6;
MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4;
MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6;
MON-87427-7 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6;
MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6;
MON-87427-7 × MON-89Ø34-3;
MON-87427-7 × MON-ØØ6Ø3-6;
MON-87427-7 × SYN-IR162-4;
MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6;
MON-89Ø34-3 × SYN-IR162-4;
SYN-IR162-4 × MON-ØØ6Ø3-6.
(f) Informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika
[in-numru tal-ID tar-Rekord taċ-Ċentru ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-Bijosikurezza: ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament meta jiġi nnotifikat].
(g) Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għall-użu jew għall-manipulazzjoni tal-prodotti
Mhux meħtieġa.
(h) Pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali
Il-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
[Link: pjan ippubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament]
(i) Rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem
Mhux meħtieġa.
|
Nota |
: |
il-links għad-dokumenti relevanti għandu mnejn ikollhom bżonn jinbidlu minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament. |