18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 14/4 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/38
tal-15 ta’ Jannar 2021
li tistabbilixxi approċċ komuni dwar l-elementi taċ-ċertifikati tal-utenti aħħarin fil-kuntest tal-esportazzjoni ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u l-munizzjon tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2019 relatati mar-reviżjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (1), il-Kunsill jimpenja ruħu li jikkunsidra deċiżjoni dwar ċertifikati tal-utenti aħħarin għall-esportazzjoni ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom. |
(2) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK tiddikjara li l-liċenzji ta’ esportazzjoni iridu jingħataw biss abbażi ta’ tagħrif preċedenti affidabbli tal-użu aħħari fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali. Il-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK tiddikjara wkoll li dan ġeneralment jeħtieġ ċertifikat verifikat bir-reqqa tal-utent aħħari jew dokumentazzjoni xierqa u/jew xi forma ta’ awtorizzazzjoni uffiċjali maħruġa mill-pajjiż tad-destinazzjoni finali. |
(3) |
Approċċ komuni fl-Unjoni kollha għall-kontroll tal-utenti aħħarin għas-SALW ser inaqqas ir-riskju ta’ devjazzjoni, joħloq kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u jżid iċ-ċarezza għall-industrija tad-difiża u l-klijenti tagħha fir-rigward tar-rekwiżiti rilevanti. |
(4) |
Il-Gwida aġġornata għall-Utent għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK, approvata mill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2019, tipprovdi l-aħjar prattiki fil-qasam taċ-ċertifikati tal-utenti aħħarin. |
(5) |
Fl-Istrateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjon tagħhom, adottata fid-19 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill jimpenja ruħu li jikkunsidra deċiżjoni dwar ċertifikati tal-utenti aħħarin għall-esportazzjonijiet ta’ SALW, filwaqt li jqis il-ħidma tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa f’dan ir-rigward. |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/979 (2) tappoġġa l-iżvilupp ta’ sistema rikonoxxuta internazzjonalment għall-validazzjoni tal-ġestjoni tal-armi u l-munizzjon li tippermetti validazzjoni jew ċertifikazzjoni indipendenti tal-konformità ma’ standards internazzjonali miftuħa dwar il-ġestjoni sikura u sigura tal-ħażniet nazzjonali ta’ SALW u munizzjon. |
(7) |
F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni trid tiżgura l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tagħha. F’dan ir-rigward il-Kunsill jieħu nota, fost oħrajn, tar-Regolament tiegħu (KE) Nru 428/2009 (3) u tar-Regolamenti (UE) Nru 258/2012 (4) u (UE) 2019/125 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(8) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar pożizzjoni tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, fid-dawl tat-Tielet Konferenza ta’ Reviżjoni biex tiġi riveduta l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU dwar is-SALW, adottati mill-Kunsill fit-28 ta’ Mejju 2018, jappellaw għall-promozzjoni tal-applikazzjoni ta’ ċertifikati tal-utenti aħħarin fil-kuntest tal-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’SALW. |
(9) |
Fil-Programm ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu, adottat fl-20 ta’ Lulju 2001, l-Istati parteċipanti jimpenjaw ruħhom li jdaħħlu fis-seħħ u jimplimentaw liġijiet, regolamenti u proċeduri amministrattivi adegwati biex jiżguraw il-kontroll effettiv tal-esportazzjoni u t-tranżitu ta’ SALW, inkluż l-użu ta’ ċertifikati awtentikati tal-utenti aħħarin u miżuri legali u ta’ infurzar effettivi. |
(10) |
It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-2 ta’ April 2013, jiddikjara li l-Istat Parti esportatur irid jipprova jipprevjeni d-devjazzjoni tat-trasferiment ta’ armi konvenzjonali billi, fejn xieraq, jeżamina l-partijiet involuti fl-esportazzjoni, jitlob dokumentazzjoni, ċertifikati u assigurazzjonijiet addizzjonali, u billi ma jawtorizzax l-esportazzjoni jew miżuri xierqa oħra. |
(11) |
L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU tafferma li huwa meħtieġ li jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu ta’ SALW għall-kisba ta’ ħafna għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, fosthom dawk relatati mal-paċi, il-ġustizzja u l-istituzzjonijiet b’saħħithom, it-tnaqqis tal-faqar, it-tkabbir ekonomiku, is-saħħa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-bliet sikuri. Għalhekk, fl-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 16.4 ta’ dik l-Aġenda, l-Istati kollha tan-NU impenjaw ruħhom li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-flussi illeċiti finanzjarji u tal-armi. |
(12) |
Fl-Aġenda għad-Diżarm tan-NU intitolata “Niżguraw il-Ġejjieni Komuni Tagħna”, ippreżentata fl-24 ta’ Mejju 2018, is-Segretarju Ġenerali tan-NU appella biex tiġi indirizzata l-akkumulazzjoni eċċessiva u l-kummerċ illeċitu ta’ armi konvenzjonali. |
(13) |
L-esportazzjoni mill-ġdid mhux awtorizzata tibqa’ sors ta’ devjazzjoni ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom fis-suq illeċitu. |
(14) |
Iċ-ċertifikati tal-utenti aħħarin huma element importanti biex jiġu stabbiliti kontrolli effettivi għall-utenti aħħarin u biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ devjazzjoni mhux mixtieqa ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom. Madankollu, tali ċertifikati mhumiex sostitut għal valutazzjoni sħiħa pre-ante tar-riskju, li ssir skont il-każ meta jiġi deċiż jekk tingħatax liċenzja, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tgħin fil-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom lejn utenti aħħarin jew użi aħħarin mhux intenzjonati, billi jintlaħaq qbil dwar elementi komuni għaċ-ċertifikati tal-utenti aħħarin fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-regoli komuni tal-Unjoni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tapplika għall-esportazzjonijiet permanenti ta’ SALW u l-komponenti, l-aċċessorji u l-munizzjon tagħhom, kif staaabbilit fl-Anness.
Artikolu 3
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“utent aħħari” tfisser id-destinatarju finali u s-sid tal-oġġetti esportati magħruf fiż-żmien tal-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ esportazzjoni, skont it-termini kuntrattwali tat-tranżazzjoni; |
(2) |
“esportazzjoni” tfisser kwalunkwe ħruġ ta’ oġġetti mit-territorju doganali tal-Unjoni, inkluż il-ħruġ ta’ oġġetti li jeħtieġu dikjarazzjoni doganali u l-ħruġ ta’ oġġetti wara li jkunu ġew maħżuna f’żona ħielsa fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
(3) |
“esportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fl-Unjoni li tippreżenta applikazzjoni għal liċenzja ta’ esportazzjoni jew li tiġi ppreżentata f’isimha applikazzjoni għal liċenzja ta’ esportazzjoni, jiġifieri l-persuna jew sħubija li, fil-mument li fih tiġi aċċettata l-applikazzjoni, jkollha kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz rilevanti u jkollha s-setgħa neċessarja li tiddeċiedi dwar l-esportazzjoni tal-oġġetti ’l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda kuntratt ta’ dak it-tip jew jekk id-detentur ta’ dak il-kuntratt ma jaġixxix f’ismu proprju, “esportatur” tfisser il-persuna, l-entità jew il-korp li jkollhom is-setgħa meħtieġa li jiddeċiedu dwar it-twassil tal-oġġetti ’l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Meta l-benefiċċju ta’ dritt li wieħed jiddisponi mill-oġġetti jappartjeni lil persuna, entità jew korp residenti jew stabbiliti barra mill-Unjoni skont dak il-kuntratt, “esportatur” tfisser il-parti kontraenti residenti jew stabbilita fl-Unjoni. |
Artikolu 4
L-awtorizzazzjoni minn Stat Membru tal-esportazzjoni tal-oġġetti kif imsemmija fl-Artikolu 2 għandha teħtieġ ċertifikat tal-utent aħħari vverifikat bir-reqqa jew dokumentazzjoni xierqa, u ffirmati mill-utent aħħari qabel dik l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu l-elementi essenzjali li ġejjin fir-rigward tal-identifikazzjoni li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tal-utent aħħari msemmi fl-Artikolu 4:
(a) |
dettalji tal-esportatur (inkluż l-isem, l-indirizz, l-isem tan-negozju u, jekk disponibbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija); |
(b) |
dettalji tal-utent aħħari (inkluż l-isem, l-indirizz, l-isem tan-negozju u, jekk disponibbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija). Fil-każ ta’ esportazzjoni lil kumpannija privata li terġa’ tbigħ l-oġġetti f’suq lokali, dik il-kumpannija ser titqies bħala l-utent aħħari għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni. Dan ma għandux iżomm lill-Istati Membri milli jevalwaw applikazzjonijiet għal liċenzji li jikkonċernaw esportazzjonijiet lil bejjiegħa mill-ġdid b’mod differenti minn applikazzjonijiet għal liċenzji li jikkonċernaw esportazzjonijiet lil utenti aħħarin; |
(c) |
pajjiż ta’ destinazzjoni finali; |
(d) |
deskrizzjoni tal-oġġetti, inkluż, jekk disponibbli, in-numru tal-kuntratt jew in-numru tal-ordni; |
(e) |
jekk applikabbli, il-kwantità jew il-valur tal-oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni; |
(f) |
il-firma, l-isem u t-titlu tal-utent aħħari u, jekk titqies meħtieġa mill-Istat Mmbru kkonċernat, l-isem tal-awtorità governattiva kompetenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali; |
(g) |
jekk applikabbli, ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet governattivi rilevanti, skont il-prattika nazzjonali (li tinkludi d-data, l-isem, it-titlu u l-firma oriġinali tal-uffiċjal awtorizzanti); |
(h) |
id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-utent aħħari; |
(i) |
jekk applikabbli, numru uniku ta’ identifikazzjoni jew numru tal-kuntratt relatat maċ-ċertifikat tal-utent aħħari; |
(j) |
indikazzjoni dwar l-użu aħħari intenzjonat tal-oġġetti; |
(k) |
jekk xieraq, id-dettalji tas-sensar rilevanti (inkluż l-isem, l-indirizz, l-isem tan-negozju u, jekk disponibbli, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija). |
2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu l- impenji elementi essenzjali li ġejjin mill-utent aħħari fir-rigward tal-oġġetti koperti miċ-ċertifikat tal-utent aħħari msemmi fl-Artikolu 4 li jridu jiġi inklużi f’dak iċ-ċertifikati permezz tal-firma tiegħu mill-utent aħħari:
(a) |
li l-oġġetti mhux ser jintużaw għal finijiet oħra għajr l-użu ddikjarat; u |
(b) |
li kwalunkwe esportazzjoni mill-ġdid tal-oġġetti:
|
Artikolu 6
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jiġu inklużi l-elementi fakultattivi li ġejjin fiċ-ċertifikat tal-utent aħħari msemmi fl-Artikolu 4:
(a) |
impenn mill-utent aħħari li jinnotifika lill-Istat Membru esportatur f’każ ta’ telf jew serq tal-oġġetti koperti miċ-ċertifikat tal-utent aħħari; |
(b) |
impenn mill-utent aħħari li jikkonferma l-wasla tal-oġġetti koperti miċ-ċertifikat tal-utent aħħari, inkluż il-kwantità eżatta tagħhom; |
(c) |
impenn mill-utent aħħari li jippermetti verifika fuq il-post wara l-konsenja tal-oġġetti esportati minn rappreżentanti tal-Istat Membru esportatur, inkluż dettalji tal-arranġamenti għaż-żjarat ta’ verifika; |
(d) |
assigurazzjonijiet mill-utent aħħari li juru l-kapaċità tiegħu għall-ġestjoni sikura u sigura tal-armi u l-munizzjon, inkluż il-kapaċità tiegħu għall-ġestjoni sikura u sigura tal-ħażniet fejn ser jinħażnu l-oġġetti; |
(e) |
impenn mill-utent aħħari dwar id-dekummissjonar ta’ tagħmir militari żejjed, inkluż:
|
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru taċ-ċertifikati tal-utenti aħħarin maħruġa msemmija fl-Artikolu 4 f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali.
Artikolu 8
Meta jitqies neċessarju, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw l-awtentiċità tal-firma fuq iċ-ċertifikat tal-utent aħħari u, jekk rilevanti, il-kapaċità tal-firmatarju li jieħu impenji f’isem l-utent aħħari. F’każ ta’ dubju dwar l-awtentiċità taċ-ċertifikat tal-utent aħħari, l-Istati Membri jistgħu jivverifikawh bi kwalunkwe mezz skont il-prattika nazzjonali. Jekk l-awtentiċità taċ-ċertifikat tal-utent aħħari ma tkunx tista’ tiġi vverifikata, l-Istat Membru ma għandux joħroġ il-liċenzja.
Artikolu 9
Jekk Stat Membru jidentifika frodi bi, falsifikazzjoni ta’, jew ksur ta’ ċertifikat ta’ utent aħħari, huwa għandu jikkondividi din l-informazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn permezz tas-sistema online COARM, filwaqt li jqis il-kunsiderazzjonijiet nazzjonali rilevanti.
Artikolu 10
L-Istati Membri għandhom jikkondividu kampjuni tal-formati taċ-ċertifikati tal-utenti aħħarin, jekk ikunu disponibbli, mal-Istati Membri l-oħrajn permezz tas-sistema online COARM.
Artikolu 11
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2021.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A.P. ZACARIAS
(1) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/979 tas-7 ta’ Lulju 2020 b’appoġġ għall-iżvilupp ta’ sistema rikonoxxuta internazzjonalment għall-validazzjoni tal-ġestjoni tal-armi u l-munizzjon skont standards internazzjonali miftuħa (ĠU L 218, 8.7.2020, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabbrikar illeċitu ta’ u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-tranżitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 30, 31.1.2019, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269 tal-10.10.2013, p. 1).
ANNESS
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-kategoriji ta’ tagħmir militari li ġejjin, sa fejn dawn il-kategoriji huma inklużi fil-kategoriji ML1, ML2, ML3 u ML4 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.
Il-kategoriji li ġejjin ma jippreġudikaw l-ebda definizzjoni futura maqbula internazzjonalment ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir (SALW) u jistgħu jkunu soġġetti għal kjarifika ulterjuri, u jistgħu jiġu riveduti fid-dawl ta’ kwalunkwe definizzjoni ta’ SALW futura maqbula internazzjonalment.
Kategoriji ta’ tagħmir militari li għalihom tapplika din id-Deċiżjoni:
(a) |
armi ħfief:
|
(b) |
armi ta’ kalibru żgħir:
|
(c) |
komponenti, iddiżinjati apposta għat-tagħmir elenkat fil-punti (a) u (b); |
(d) |
aċċessorji (bħal apparat għal viżjoni billejl, apparat li jrażżan il-ħoss, eċċ.) iddiżinjati apposta għat-tagħmir elenkat fil-punti (a) u (b); |
(e) |
munizzjon iddiżinjat biex jiġi sparat mit-tagħmir elenkat fil-punti (a) u (b). |