15.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 12/3


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/30

tal-15 ta’ Jannar 2021

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta titqies il-ħatra ministerjali reċenti tiegħu bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin, jenħtieġ li Faisal MEKDAD jiżdied mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A.P. ZACARIAS


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

L-entrata li ġejja tiżdied mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“311.

Faisal MEKDAD

(magħruf ukoll bħala Fayçal, al-Mekdad, Meqdad, al-Meqdad)

(فيصل المقداد)

Data tat-twelid: 1954;

Post tat-twelid: Ghasm, il-Gvernaturat ta’ Daraa, is-Sirja;

Sess: Raġel

Ministru għall-Affarijiet Barranin. Maħtur f’Novembru 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

15.1.2021”.