|
12.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/22
tas-16 ta’ Diċembru 2020
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/2/2020)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni 2012/392/PESK il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger), inkluż id-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Mejju 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/726 (2), li taħtar lis-Sur Frank VAN DER MUEREN bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mill-1 ta’ Mejju 2018. |
|
(3) |
Fis-7 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1254 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK u li testendi l-mandat tal-EUCAP Sahel Niger sat-30 ta’ Settembru 2022. |
|
(4) |
Fid-29 ta’ Settembru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1403 (4), li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/726 billi jiġi ffisat il-15 ta’ Jannar 2021 bħala d-data tat-tmiem tal-mandata tas-Sur Frank VAN DER MUEREN bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger. |
|
(5) |
Fil-11 ta’ Diċembru 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sa Antje PITTELKAU bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta’ Jannar 2021 sal-15 ta’ Jannar 2022, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Antje PITTELKAU hija b’dan maħtura bħala Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) mis-16 ta’ Jannar 2021 sal-15 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mis-16 ta’ Jannar 2021.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2018/726 tat-2 ta’ Mejju 2018 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2018) (ĠU L 122, 17.5.2018, p. 32).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1254 tas-7 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 294, 8.9.2020, p. 3).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1403 tad-29 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/726 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2020) (ĠU L 324, 6.10.2020, p. 63).