8.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/16


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/14

tas-7 ta’ Jannar 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (1).

(2)

Fil-21 ta’ Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/312 (2) li estendiet EUCAP Sahel Mali sal-14 ta’ Jannar 2021.

(3)

Fit-13 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/762 (3), li aġġustat il-mandat ta’ EUCAP Sahel Mali sabiex tikkontribwixxi għar-reġjonalizzazzjoni tal-azzjoni tal-PSDK fis-Saħel u stabbillixxiet Ċellula ta’ Konsulenza u Koordinazzjoni Reġjonali (RACC).

(4)

Fl-14 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/652 (4), li żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUCAP Sahel Mali għall-perijodu sal-14 ta’ Jannar 2021.

(5)

Fit-13 ta’ Ottubru u fil 5 ta’ Novembru 2020 rispettivament, fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku ta’ EUCAP Sahel Mali, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li EUCAP Sahel Mali tiġi estiża sal-31 ta’ Jannar 2023 u li l-mandat tagħha jiġi aġġustat.

(6)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/219/PESK tiġi emendata skont dan.

(7)

EUCAP Sahel Mali ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/219/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Bl-appoġġ tad-dinamika ta’ Mali biex tinżamm l-awtorità tal-Istat, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-Patt għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali ffirmat fil-15 ta’ Mejju u fl-20 ta’ Ġunju 2015 u f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ atturi internazzjonali oħrajn, b’mod partikolari il-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni f’Mali (MINUSMA), EUCAP Sahel Mali għandha tassisti u tagħti parir lill-forzi tas-sigurtà interni (ISF) fl-implimentazzjoni tar-riforma tas-settur tas-sigurtà mmexxija mill-Gvern tal’ Mali, bl-għan li:

(a)

titjieb l-effikaċja operazzjonali tal-ISF;

(b)

jiġu stabbiliti mill-ġdid il-katini tal-ġerarkija rispettivi tal-ISF permezz ta’ ġestjoni aktar koerenti tar-riżorsi;

(c)

jiġi infurzat mill-ġdid ir-rwol tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi fir-rigward tal-ġestjoni u s-superviżjoni tal-missjonijiet tagħhom, li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-impunità;

(d)

jiġi ffaċilitat l-istazzjonament mill-ġdid tal-ISF lejn iċ-ċentru ta’ Mali; u

(e)

jiġi appoġġat b’mod gradwali u modulari l-istazzjonament mill-ġdid tal-awtoritajiet amministrattivi ċivili tal-Mali lejn iċ-ċentru tal-Mali, abbażi tal-prinċipji ta’ governanza tajba.”

(2)

fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma’ EUCAP Sahel Mali bejn il-15 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Jannar 2023 għandu jkun ta’ EUR 89 100 000.”;

(3)

fl-Artikolu 14a, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-objettivi tal-RACC, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Missjonijiet eżistenti tal-PSDK fis-Saħel, għandhom ikunu li:

(a)

ittejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-istrutturi tal-G5 tas-Saħel u l-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel sabiex jissaħħu l-kooperazzjoni reġjonali u l-kapaċitajiet operazzjonali fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà, f’konformità mad-dritt internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u l-Approċċ Strateġiku tal-UE għan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà kif stabbilit mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu fl-10 ta’ Diċembru 2018;

(b)

bil-ħsieb li jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel, tħejji u tappoġġa r-reġjonalizzazzjoni tal-azzjoni tal-PSDK;

(c)

b’appoġġ għad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel u għas-segretarjat tas-Sħubija għas-Sigurtà u l-Istabbiltà fis-Saħel (P3S), tiffaċilita u tappoġġa l-organizzazzjoni tal-ġbir u l-qsim ta’ informazzjoni mas-sħab kollha tal-G5 tas-Saħel.”;

4.

fl-Artikolu 18, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2023.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-15 ta’ Jannar 2021.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/312 tal-21 ta’ Frar 2019 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 29).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/762 tat-13 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 18).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/652 tal-14 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 153, 15.5.2020, p. 5).