28.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 523/1


Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill

(2021/C 523/01)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li l-baġit operazzjonali minimu għall-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022) għandu jiġi stabbilit għal EUR 8 miljun. Minn dak l-ammont, EUR 3 miljun ser jiġu mill-baġit annwali għall-2022 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u EUR 5 miljun ser jiġu mill-baġit annwali għall-2022 tal-programm Erasmus +.

Barra minn hekk, il-koleġiżlaturi huma impenjati li jħallu legat dejjiemi tas-Sena Ewropea, lil hinn mill-2022. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, f’konformità mal-Artikolu 314 TFUE, kwalunkwe finanzjament addizzjonali lil hinn mill-2022 għandu jiġi identifikat fi ħdan il-QFP 2021-2027.