20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 380/1


Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija taħt l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

(2021/C 380 I/01)

Il-Parlament Ewropew jinnota li r-Regolament (UE) 2021/1529 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) fih referenza ġenerali dwar il-possibbiltà ta’ sospensjoni tal-assistenza mingħajr ma tiġi speċifikata l-bażi konkreta għal tali deċiżjoni. Tali sospensjoni tal-assistenza għandha tiġi implimentata f’każ ta’ degradazzjoni fid-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt minn benefiċjarju elenkat fl-Anness I.

Il-Parlament Ewropew iqis li kwalunkwe sospensjoni ta’ assistenza taħt dan l-istrument timmodifika l-iskema finanzjarja ġenerali miftiehma skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bħala koleġiżlatur u fergħa msieħba tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew huwa għalhekk intitolat li jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu f’dak ir-rigward, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni bħal din.