5.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 168/1


Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament tal-linja tal-valuri tal-Unjoni fl-2021

(2021/C 168 I/01)

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, il-koleġiżlaturi jaqblu li l-linja tal-Valuri tal-Unjoni tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri jenħtieġ li tkun mgħammra b’finanzjament sostanzjali mill-1 ta’ Jannar 2021.

Il-koleġiżlaturi jappellaw lill-Kummissjoni biex tieħu azzjonijiet xierqa biex tilħaq dak l-objettiv, speċjalment biex tivvaluta l-użu ta’ strumenti ta’ flessibbiltà skont il-qafas legali tal-baġit annwali tal-UE għall-2021, f’konformità mal-kriterji ta’ attivazzjoni stabbiliti fir-Regolament QFP.