24.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 340/362


DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2021/1625 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-28 ta’ April 2021

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2019

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2019,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0068/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tal-Anness tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0088/2021),

1.   

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2.   

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

David Maria SASSOLI

Is-Segretarju-Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.

(2)  ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.