24.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/122 |
DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2021/1548 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-28 ta’ April 2021
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (COM(2020)0288 – C9-0223/2020) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2019, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (5), u b'mod partikolari l-Artikoli 59, 118, 260, 261 u 262 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0064/2021), |
1.
Jagħti l-kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
David Maria SASSOLI
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 384, 13.11.2020, p. 1.
(3) ĠU C 377, 9.11.2020, p. 13.