28.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 438/1


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2202

tat-22 ta’ Diċembru 2020

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista tal-pajjiżi terzi, tat-territorji, taż-żoni jew tal-kompartimenti awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 u l-Artikolu 61(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali tal-akkwakultura. B’mod partikolari, l-Anness III ta’ dak ir-Regolament jelenka l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali tal-akkwakultura.

(2)

Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu elenkati fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008.

(3)

Għalhekk, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin għar-Renju Unit u Guernsey jiddaħħlu wara l-entrata għall-Gżejjer Cook:

“GB

Ir-Renju Unit (*1)

X

X

X

 

Il-pajjiż kollu

GG

Guernsey

X

X

X

 

Il-pajjiż kollu

(2)

l-entrati li ġejjin għal Isle of Man u Jersey jiddaħħlu wara l-entrata għall-Iżrael:

“IM

Isle of Man

X

 

 

 

Il-pajjiż kollu

JE

Jersey

X

X

X

 

Il-pajjiż kollu”