22.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 433/31


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2178

tal-15 ta’ Diċembru 2020

li jirrettifika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1433 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Pouligny-Saint-Pierre” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni adottat Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1433 (2), li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni tal-isem “Pouligny-Saint-Pierre” (DOP), skont l-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 . Il-perjodu transizzjonali mogħti minn Franza lil ċertu operaturi skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, bi żball tħalla barra mir-Regolament (UE) 2020/1433 imsemmi.

(2)

Permezz tal-ittra tal-20 ta’ Diċembru 2018, l-awtoritajiet Franċiżi informaw tabilħaqq lill-Kummissjoni li kien ingħata perjodu transizzjonali skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, sat-30 ta’ Ġunju 2025, lil tmien operaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu msemmi f’konformità mad-digriet tat-22 ta’ Novembru 2018 dwar l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pouligny-Saint-Pierre” ippubblikat fit-8 ta’ Diċembru 2018 fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża.

(3)

Tabilħaqq, waqt proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali, ġew riċevuti tmien oppożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib, u b’mod partikolari dwar l-impossibbiltà li jitħarsu r-rati tan-nutrizzjoni li ġejjin minn żona ġeografika bħalma ġew stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li jindikaw li “In-nutrizzjoni prodotta fiż-żona ġeografika (foraġġi + għalf supplimentari) tirrappreżenta mill-anqas 75 % tal-porzjon alimentari annwali totali tal-merħla.” Barra minn hekk, dawn l-operaturi biegħu legalment il-“Pouligny-Saint-Pierre” b’mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel ma ressqu t-talba li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Għalhekk, f’dan il-kuntest, ingħatawlhom perjodi transizzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2025, li issa għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni.

(4)

L-operaturi kkonċernati huma : Earl de Vesche (Nru SIRET 50317689300017) ; Ferme des Ages (Nru SIRET19360598700026) ; Gaec de Villiers (Nru SIRET 41293309500017) ; Jean Barrois (Nru SIRET 33452601900016) ; Earl des Grands vents (Nru SIRET 52325005800014); Earl du Start Chiebe (Nru SIRET 50979878100019) ; Gaec de Villiers (Nru SIRET 31928251300013) ; Gaec des Chinets (Nru SIRET 35328804600017).

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1433 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu li ġej jiżdied mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1433 :

“Artikolu 1a

Il-protezzjoni mogħtija skont l-Artikolu 1 hija soġġetta għall-perjodu transizzjonali mogħti minn Franza skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 lill-operaturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu, skont id-digriet tat-22 ta’ Novembru 2018 dwar l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pouligny-St-Pierre” ippubblikat fit-8 ta’ Diċembru 2018 fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1433 tal-5 ta’ Ottubru 2020 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Pouligny-Saint-Pierre” (DOP) (ĠU L 331, 12.10.2020, p. 19).